Where your opinion counts

Dan il-pajjiz Jixraqlu aħjar


Blog post li rċevejt

Nappella minn qalbi lill-Maltin kollha, Laburisti, Nazzjonalisti u dawk kollha li b’xi mod għandhom opinjoni biex għal darba jkunu kapaċi jaslu għal opinjoni mhux mibnija u msejsa fuq il-partit jew xorta oħra li jappoġġjaw biex jkunu newtrali fil-ħsieb tagħhom u jiġġudikaw fuq dak li għadda minnu pajjiżna il-bieraħ t’lura biex iwasslu d-dwejjaq u r-rabbja tagħhom lill-mexxejja tagħhom ħalli verament dan il-pajjiż inressquh lejn it-triq tas-sewwa.
Lill-ħbieb tiegħi Laburisti, nappellalkom biex tagħrfu li dak li seħħ il-bieraħ t’lura ma kienx kumbinazzjoni, imma riżultat ta’ serje ta’ deċiżżjonijiet maħsuba biex politiċi setgħu jaħtfu l-poter biss biex jistgħanew huma minn fuq il-poplu Malti kollu. 
Hemm lista ta’ abbużi severi li ma tispiċċaw qatt. Tafu biżżejjed x’kienu u m’għandix għalfejn nispeċifika.
Lill-ħbieb tiegħi Nazzjonalisti, ilkoll kemm intom irnexxielkhom iġġibu partit fl-oppożizzjoni bla oppożizzjoni. Kissirtu partit bl-odju, il-mibgħeda bla limitu fostkom stess. Imma l-akbar u l-aktar oxxenita’ kienet meta fi ħdankom qatt m’aċċettajtu verdett demokratiku ta’ kap elett demokratikament. Id-demokrazija li dejjem għajjatu biha irmejtuha fiż-żibel. Ta’ dan, l-elettorat Malti qed jindirizzalkom ‘perċentwali enormi’. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-pajjiż, il-PN se jmur għall-elezzjoni ġenerali reżolut li se jitlef. Tafu tistħu?
Robert Abela, nappellalek b’rispett sinċier lejn il-papa tiegħek li jgawdi rispett reċiproku minn kull front politiku, għamel dak kollu li jirrekjedi biex dan il-pass li trid tieħu biex Malta tikseb il-fiduċja internazzjonali, tuża l-mezzi kollha possibbli biex dak li hu ta’ ġid u fl-interess nazzjonali u mhux tal-partit li int tmexxi twettqu f’isem il-ġurament ta’ lealta li ħadt bħala Prim Ministru.
Kummissarju tal-Pulizija: għandek piż enormi fuq spalltek. Il-poplu Malti jkun jafulek kollu kemm hu. Aggixxi. 
Min hu ta’ rieda tajba għandu jemmen f’dak kollu li ktibt hawn fuq.
Grazzi

One thought on “Dan il-pajjiz Jixraqlu aħjar

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *