Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina jingħataw lezzjoni dwar il-proċeduri li jridu jsegwu fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi minn Giannella de Marco
Blog post minn osservatur politiku
Il-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi jinsab fuq fomm kulħadd dan l-aħħar minħabba l-battibekki li hemm għaddejjin bejn id-deputati tal-Oppożizzjoni u l-avukati tax-xhieda li qed ikollhom bejniethom.
Ix-xhud li kellhom quddiemhom nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Ġunju 2021, kien Paul Apap Bologna akkumpanjat mill-avukat tiegħu Dr Giannella de Marco. Il-mistoqsijiet li qed isiru lil dan ix-xhud huma dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fuq il-Kuntratt tal-Electrogas. Biex nfiehem aħjar dak li hu għaddej u naraw kif qed isiru mistoqsijiet, se nikkwota kważi kelma b’kelma siltiet minn dak li ġara fil-laqgħa msemmija aktar ‘l fuq. Fost affarijiet oħra smajna dan li ġej.
Dr Giannella de Marco: “Issa qed isaqsik fuq affarijiet oħra”.
Dr Karol Aquilina: “Ħu paċenzja ma tistax tindaħalli fil-mistoqsijiet”.
Dr de Marco: “Ħu paċenzja inti”.
Dr Aquilina: “Tgħidli ħu paċenzja inti Dr De Marco. Inti l-avukata tiegħu. Tista’ tkellem lilu mhux lili”.
Dr de Marco: “Le. Jien nista’ nkellem lill-kumitat. Dr Aquilina: inti tafhom l-iStanding Orders tagħkom? Mela jiena bħala rappreżentant legali tas-Sur Apap Bologna għandi dritt nagħmel oġġezzjonijiet ta’ natura legali lis-sedja. Mela jien qed nagħmel oġġezzjoni”.
Dr Beppe Fenech Adami: “X’inhu l-punt legali li qed tagħmel?”
Dr de Marco: “Il-punt tiegħi huwa li ma jistax l-Onorevoli jagħmel domandi b’mod li huma kapriċużi u b’mod li huma apposta biex ifixklu lix-xhud. Dan ma jistax jagħmlu. Għandu jkun jattjeni għal dak li huwa għandu l-poter isaqsi dwaru hawnhekk illum, li huwa l-auditor report tal-Electrogas u dan li għandu jagħmel u jagħmlu b’mod mhux biex ifixkel imma biex jipprova jara jistax joħroġ ċertu affarijiet. Imma meta jipprova jagħmel hekk miniex se nippermetti li jagħmel qatt hekk lix-xhud.”
Dr Aquilina: “Kważi qed tipprova theddidni. Taħseb li se niġi bullied minnek jiena?”
Dr de Marco: “Jien m’inhiex se niġi bullied minnek Sur Aquilina. Jiena m’inhiex qiegħda hawn nipprova nieħu political mileage. Jiena m’inhiex qiegħda hawn nagħmel l-affarijiet fuq il-Facebook. Jiena qed hawn bħala avukat biex nirrappreżenta lill-klijent tiegħi fid-drittijiet legali tiegħu. Għalhekk qiegħda hawn jien”.
Dr Aquilina: “M’inthiex se tibbuljani”.
Dr de Marco: “M’intix se tibbuljani int. Int m’intix ser tibbuljani”.
Dr Fenech Adami: “L-uniku persuna li tista’ toġġezzjona għal xi mistoqsija huwa xi membru ta’ dan il-Kumitat. M’huwiex kompitu tal-avukat tax-xhud”.
Dr de Marco: “Mela ħa nagħtikom minn fejn nista’ noġġezzjona tridu jew le”.
Il-membri tal-Kumitat min-naħa tal-Oppożizzjoni ma qalu xejn u l-ispjega ma saritx. Dik kienet silta li saret u li ġiet meħuda kważi kollha f’daqqa. Dan li se nikkwota issa hija rimarka li għamlet id-Dottoressa De Marco.
Dr de Marco: “Dan il-kumitat għandu ċerti poteri li joħorġu mill-iStanding Orders li huwa f’dan il-każ il-PAC. Il-poteri tagħkom huma limitati biex issaqsu domandi dwar l-auditor’s general report fuq l-Electrogas Malta Ltd. Domandi oħra m’għandkomx id-dritt, imma jiena nista’ niddeċiedi li ngħid lill-klijent tiegħi ma jirrispondix imbagħad għamlu intom. Jien mhux ser inħalli lil ħadd jaħseb li għax qiegħdin hawn, li għaliex huma eletti mill-poplu ma għandhomx il-liġi tiggvernhom”.
L-aħħar silta ġejja minn kważi lejn l-aħħar tal-laqgħa:
Dr Aquilina: “X’mort tagħmel Baku? (L-Azerbaijan) Mort ma’ Yorgen Fenech? Mort tara xi logħba football? Jekk ma mortx tara l-football x’mort tagħmel?”
Dr de Marco: “Jimporta żżommu mas-suġġett in eżami. Dan daqskemm kieku għandek dritt issaqsi kemm-il darba, per eżempju, Dr Azzopardi mar jitlob fuq xi qabar u ħallas Yorgen Fenech. X’affarijiet dawn!!!!!”
Meta naqraw dan kollu rridu niftakru li d-deputati qiegħdin koperti mill-privileġġ parlamentari. Imma x-xhud le. Meta tisma’ mistoqsijiet u attakki bħal dawn bla ma trid tibda’ tistaqsi: Imma l-mod kif qed jitkellmu jew jistaqsu d-deputati, l-aktar Karol Aquilina f’din il-laqgħa partikolari, huwa turija ta’ arroganza kbira. Dawn kellhom għalfejn jiġi mtambar f’widnejhom li huma jridu jimxu skond il-liġijiet tal-pajjiż? Għalfejn din l-aggressjoni kollha? Hemm għalfejn xhud jiġi kważi maltrattat b’dan il-mod? Ma jistgħux jagħmlu l-mistoqsijiet b’użu ta’ lingwaġġ u temperament aktar uman? Fuq kollox dawn jistgħu jikxfu xi nformazzjoni li l-poplu ma kienx jaf dwar l-Electrogas, imma ma jistgħu jaslu qatt għall-ġudizzju.
DAWN IT TNEJN MHUX AVUKATI IMMA TERRORISTI KUMERCJALI.