Veru li kumpanija importanti ma tridx lil Franco Debono lura fil-Partit Nazzjonalista?

Dan is-sit jixtieq jistaqsi jekk hux veru li kumpanija kbira, li qed tisponsorja waħda mis-soċjatajiet ċivili li għandna f’Malta u li hija marbuta fil-qrib mal-Partit Nazzjonalista, qed tagħmel pressjoni fuq il-Partit Nazzjonalista għax ma tridx lil Franco Debono lura f’ dan il-Partit.

F’dan il-kuntest nixtieq nistaqsi lil Bernard Grech jekk hux veru li xi ħadd għoli minn din il-kumpanija mar għandu u kellu laqgħa miegħu jew xi diriġenti oħra mill-partit ta’ madwar siegħa. Jekk hux veru li f’din l-laqgħa, dan qallu li l-arranġamenti li kellhom qabel ma’ Bernard Grech laħaq Kap tal-Partit Nazzjonalista kienu jinkludu li  ma jinġibux lura nies bħal Franco Debono.

Veru li din il-persuna waqt din il-laqgħa insista li l-arranġament huma li nies bħal dawn ma jitressqux lura fil-Partit Nazzjonalista? Veru li persuna minn din il-kumpanija qed tgħid li ma hemmx post għall-kwalita’ ta’ nies bħal dawn fil-Partit Nazzjonalista?

Fuq kollox veru qallu li jekk jibqa’ għaddej u jġib lura lil Debono u nies oħra, in-nies tar-Repubblika jerġgħu jgħidu li mhux ser jivvutaw?

Napprezza li Bernard Grech jagħti tweġiba lil dawn il-mistoqsijiet.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *