Ir-ritratti skomdi ta’ Keith Schembri

Issa dan l-aħħar skoprejna mill-qorti li Keith Schembri kien jiddiletta jiġbor u jpartat ritratti kompromettenti ta’ nies fil-politika. Dwar dan, staqsa wkoll Tim Diacono ta’ Lovin Malta meta kien qed jintervista lill-Prim Ministru Robert Abela l-Ħadd filgħodu.

Min-naħa tiegħu, it-tweġiba tal-Prim Ministru kienet evażiva ħafna u deher skomdu jitkellem fuq dawn l-affarijiet.  Skomdu bħal ma hu skomdu Jason Azzopardi biex jistaqsi fil-qorti dwar Keith Schembri. Skomdu bħal Manuel Delia meta jiġi biex jikteb dwar min iżjed għandu x’jaqsam fil-qtil ta’ Daphne.

Dawn ir-ritratti ssemmgħu minn Matthew Carauana Galizia u dan saħansitra talab għal qerda totali tagħhom. Tgħid min jaf għaliex? Infakkar li Matthew Caruana Galizia ma qal xejn meta, il-Ħadd, The Sunday Times, ħarġet ritratt ta’ Yorgen Fenech ma’ Joe Cuschieri fuq il-boat tiegħu. Dak mhux ritratt privat? Jew f’dan il-pajjiż, il-privatezza tgħodd biss skont int min int.

Skomdi bħal tar-Republika li malli l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech iddikjara li jkun lest jagħti maħfra lil Yorgen Fenech biex jiskopri min iżjed hu involut fil-qtil, ħarġu jiġru jwissuh fil-pubbliku li maħfriet m’għandhomx jingħataw mill-politiċi iżda mill-avukat ġenerali tar-Repubblika, mingħajr ma speċifikaw min.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *