Ivan Martin kien li nforma lil Yorgen Fenech li l-pulizija kienu ser jarrestawh.
Illum fil-qorti kellna t-tkomplija tal-kawża ta’ libell li fetaħ Ivan Camilleri kontra Saviour Balzan. Balzan kien kiteb li Ivan Camilleri ġie mkeċċi minn ma’ The Times għaliex qal lil Yorgen Fenech li kienu ġejjin jarrestaw. Hu fatt magħruf u ċar, li mhux Ivan Camilleri qal lil Yorgen Fenech li kienu ġejjin jarrestawh iżda dan kien Ivan Martin.
Dan issa kompla joħroġ biċ-ċar mill-kawża ta’ libell li qed tinstema quddiem il-Maġistrata Rachel Montebello. Illum, f’din il-kawża ta’ libell xehed is-Supretendent Keith Arnaud.
Skont The Times, Arnaud qal taħt ġurament li “Ir-referenza kienet għal ‘Ivan tat-Times.’” Fuq kollox, skont kif irrappurtat The Times, dan l-uffiċjal għoli tal-pulizija kkunsulta t-transcripts tax-xhieda li ta f’Diċembru 2019 quddiem l-istess Maġistrata Montebello.
Bir-raġun, l-avukat ta’ Ivan Camilleri, Peter Fenech staqsih jekk jafx kemm hemm Ivans jaħdmu mal- Allied Newspapers? Għal din il-mistoqsija Arnaud wieġeb li ”Iwa naf. Dażgur hemm tnejn u naf bihom mir-rapporti tal-media: Ivan Camilleri u Ivan Martin. Dan qiegħed fid-dominju pubbliku.” Meta Arnaud ġie mistoqsi mill-maġistrata, li Alla ried, li f’dan il-każ tkun l-istess Rachel Montebello li qed tmexxi l-inkjesta kontra Yorgen Fenech, biex jispjega l-kuntest ta’ din ir-referenza, Arnaud ħareġ il-mobile chat ta’ Yorgen Fenech u beda jaqra biċċiet. Dak li qara huwa dan,
“Portomaso marina hawn tat-Times. Tani tip Ivan.” Skont Arnaud dan hu dak li Yorgen Fenech bagħat bħala text message liz-ziju tiegħu Ray Fenech fil-6.15pm fil-ġurnata ta’ qabel ma ġie arrestat. Arnaud kompla jaqra
“Ivan qalli, jien, għax kien fin-newsroom u semagħhom.”
Infakkar li dan is-supretendent qed imexxi t-teorija li Yorgen Fenech ried jaħrab minn Malta. Mela l-mistoqsija li trid issir lil Arnaud hija din. Għala l-pulizija ma mexxietx kontra dan Ivan talli għen f’din is-suppost ħarba? Ivan Camilleri qatt ma tressaq il-qorti u ġie akkużat mill-pulizija li pprova jgħin lil Yorgen Fenech jaħrab minn Malta għax jafu li mhux hu.
Biss l-anqas il-pulizija ma pproċediet kontra Ivan Martin li kien hu l-ġurnalista li bagħat messaġġ lil Yorgen Fenech. It-tweġiba tiegħi hija din. Kieku veru Yorgen Fenech ried jaħrab minn Malta, kieku ġa pproċedew kontra Ivan Martin.
Mhux talli l-pulizija ma mexxiet kontra dan Ivan Martin, talli għax żewġ avukati marru jkellmu lil dan Ivan, il-pulizija, minn rajha, ipproċediet kontra dawn l-avukati u xliethom b’tixħim.
U għax qed nikxef dan kollu, l-avukat ġenerali Philip Galea Farrugia talab il-protezzjoni tal-qorti mill-artikli tiegħi.