Richard Cachia Caruana u Ray Bezzina
Xi ftit ġimgħat ilu, jien kont għidt li wara Bernard Grech hemm Louis Galea u fuq Louis Galea hemm xi ħadd ieħor. Kont anki għidt min hu dan ix-xi ħadd ieħor, huwa Richard Cachia Caruana. F’dik il-ħabta, il-laqgħat kienu jsiru fid-Dar Ċentrali. Richard Cachia Caruana kien imur id-Dar Ċentrali tard bil-lejl wara li kien jitlaq kulħadd biex ma jagħtix fil-għajn. Niftakar li kont tkellimt fuq dan ix-xi ħadd ieħor għajruni fakenews.
Kont għidt li finalment l-ordinijiet qed jiġu minn Richard Cachia Caruana li ħa lura t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f’idejh. Peress li Richard Cachia Caruana inkixef li kien qed ikun id-Dar Ċentrali, il-laqgħat bdew isiru x’imkien ieħor, normalment f’restaurants jew f’xi lobby ta’ xi lukanda five star. Biss xorta inqabad. Laqgħa tiegħu ma’ Ray Bezzina spiċċat fuq One News.
Mela dak li kont għidt jien u anki implikajt fuq wieħed mill-istazzjonijiet tat-television li hemm xi ħadd fuq Louis Galea issa ġie ikkonfermat b’filmat. L-ordnijiet lil Bernard Grech qed jgħaddu minn Richard Cachia Caruana permezz ta’ Ray Bezzina. Issa anki Louis Galea qed jinqabeż. L-ordnijiet qed jingħataw b’mod dirett. Imbagħad Ray Bezzina jimponihom fuq Bernard Grech. U jekk Bernard Grech ma jobdix, jiġri kif qallu Manuel Delia; juruh il-bieb ta’ barra.
Ezatt. Manwel delia, the failed politician, dahal mit tieqa.
Hija l opinjoni b sahhitha tieghi li sakemm ikun hemm il barra brigade jigbdu l-ispag tal-Pn, waqt li vera jaghmlu hafna hoss, se jibqaw minoranza fil pajjiz.
Ghalija din konsolazzjoni.