l-imħallfa Abigail Lofaro u l-iżvilupp tal-Jerma

Mela is-Sunday Times u l-Malta Today ġabu artiklu dwar r-raġel tal-imħallfa Abigail Lofaro, Pierre Lofaro. Pierre Lofaro huwa avukat biss ma baqgħax jipprattika l-liġi u ta għall-propjeta. Illum dan huwa multi-miljunarju, u fejn jidħol il-propjeta spallejh huma aktar wiesgħa minn dawk ta’ Yorgen Fenech.

F’dawn l-artikli, Pierre Lofaro jissemma f’business transaction ma’ Yorgen Fenech. Din kienet fuq xiri ta’ propjeta fl-Imdina li tiswa aktar minn 3.1 miljuni. F’din it-transazzjoni tissemma’ wkoll is-segretarja Parlamentari Rosianne Cutajar. Biex wieħed jgħid kollox u jkun fair mar-raġel tal-imħallfa Abigail Lofaro, f’din it-transazzjoni Pierre Lofaro ma kienx qed jirrappreżenta lil Yorgen Fenech jew lil Rosianne Cutajar, iżda lill-persuna li mingħandu, skont dawn l-artikli, kien ser jixtri Yorgan Fenech. Rosianne Cutajar kienet qed tidher bħala sensara. Magħha jissemma’ persuna oħra li llum jaħdem magħha fil-ministeru. Meta kienet qed issir din it-transazzjoni, Cutajar kienet għadha MP, jiġifieri ma saritx segretarja parlamentari. Eventwalment hija ħadet il-flus. Din il-biċċa business ma seħħitx u Cutajar qed tkun akkużata li ma tatx madwar 50,000 euro lura. Is-Sunday Times tfakkarna li meta kienet qed issir din il-biċċa business bejn Pierre Lofaro u Yorgen Fenech, Fenech ġa kien magħruf li hu s-sid ta’ 17Black!

Fuq kollox, il-gazzetta Malta Today tgħidilna li Pierre Lofaro rreżenja minn din il-kumpanija li kienet involuta f’din it-transazzjoni qabel mal-mara tiegħu, jiġifieri l-imħallfa aċċettat li toqgħod fuq il-bord ta’ din l-inkjesta. Ma nafx jekk dan l-artiklu nkitibx biex jitnaqqas il-ħsara ta’ din l-istorja għaliex kienet ħierġa x’imkien ieħor. Biss jekk dan kien il-fatt, ma naħsibx li ħadem.

Dan għaliex l-aktar biċċa skandaluża tinsab  fl-artiklu tal-Malta Today. L-artikolista, Matthew Vella jgħidlina fatt dwar Pierre Lofaro. Fl-opinjoni tiegħi, abażi ta’ din l-informazzjoni, l-imħallfa Lofaro għandha tirreżenja minn fuq il-bord ta’ din l-inkjesta. F’aħħar parti, l-artikolista jikteb hekk:

“[Pierre] Lofaro is also a 50% shareholder with developer Chares Camilleri, in Porto Notos, the company seeking to redevelop the derelict Jerma Palace Hotel in Marsaskala into three high-rise towers. Abigail Lofaro retains shareholdings in property companies Number 62 Property Limited, Five Stars Properties Limited, and The Platinum Construction Company.”

Jiġifieri r-raġel tal-imħallfa, għandu share f’kumpanija ma’ Charles Camilleri, magħruf bħala l-Franċiż, u dawn qegħdin involuti fl-iżvilupp ta’ Jerma.

Għalija hawn tinsab il-mistoqsija li trid issir jekk din l-imħallfa, li hija membru ta’ dan il-bord ta’ Inkjesta għandhiex konflitt ta’ interess? Infakkar li din l-art tal-Jerma ġiet mogħtija mill-Gvern [dak iż-żmien immexxi minn Mintoff] biex tintuża għall-skop turistiku u xejn aktar. Din ġiet mogħtija b’ċens perpetwu  b’numru ta’ kondizzjonijiet. Issa din l-kumpanija qed taħdem biex tara biex tneħħi dawn il-kundizzjonijiet. Infakkar li waqt l-inkjesta, l-imħallfin staqsew dwar kif jaħdem il-gvern fl-għoti tat-tenders.

Illum din il-kumpanija qed taħdem biex tiżviluppa din l-art pubblika għall-skopijiet oħra li jmorru lil hinn mill-ħsieb oriġinali li għaliha ngħatat din l-art mill-gvern lill-privat, jiġifieri li tintuża biss għall-skop turistiku. Jekk jagħmlu dak li jridu jagħmlu jkunu qed jiksru l-kundizzjonijiet li fuqhom il-gvern ta din l-art pubblika għall-iżvilupp ta’ din il-lukanda.

Infakkar li waqt din l-inkjesta, il-membri tal-bord, li kulħadd qed isejħilhom bħala l-imħallfin, riedu jkunu jafu kif jingħataw u jaħdmu kuntratti pubbliċi. Il-mistoqsija hija din. Possibli li Abigail Lofaro, li għadha taħdem ta’ imħallfa, ma kienetx taf kif jaħdmu dawn il-kuntratti meta r-raġel tagħha huwa involut fi proġett li finalment irid jiżviluppa art li ngħatat b’ċens perpetwu taħt numru ta’ kundizzjonjiet? Naqra dawn l-istejjer nibqa’ b’ħalqi miftuħ.

Nagħlaq billi ngħid li l-artiklu għal Malta Today kitbu Matthew Vella. Dan kien l-istess bniedem li lili għajjarni ‘conspiracy theories’ għax bdejt nikteb fuq Yorgen Fenech. Issa anki hu qed jari d-dawl fl-aħħar tat-tunnel jew aħjar ngħidlu li “the chickens are coming home to roost”.

Leave a Reply