Ta’ The Times ser jippubblikaw għala kienu waqqfu lil Daphne Caruana Galizia milli tkompli tippubblika fil-gazzetta tagħhom?

Ta’ The Times qed jagħtu serje ta’ artikli fuq Daphne Caruana Galizia maħsuba biex jgħollu l-moral tan-nies dwarha. Saħansitra anki għamlu editorjal dwar l-influwenza tagħha fuq in-nazzjon Maltija. Fuq kollox, qed jippubblikaw artikli qodma ta’ Daphne Caruana Galizia li kienu dehru f’The Sunday Times.

Imma aktar minn artikli li kienu jidhru f’The Times, din il-gazzetta għandha tippubblika l-istorja għala Daphne Caruana Galizia kienet twaqqfet milli tkompli tippubblika artikli f’din il-gazzetta.

Infakkar li wara li twaqqfet, Daphne Caruana Galizia stess kienet akkużat lil ta’ The Times li hi “a corrupt institution”. Infakkar li wara li twaqqfet, Daphne Caruana Galizia kienet bdiet sensiela ta’ artikli kontra Guido de Marco. Dak iż-żmien de Marco kien fuq il-bord ta’ The Times u kellu saħħa kbira. Infatti Daphne Caruana Galizia kienet waħħlet fih li kien waqqafha. Wara li kienet twaqqfet minn The Times, bdiet tikteb fuq il-Malta Independent.

Illum ta’ The Times qed jigglorifikawha minħabba li dawn iridu jinfluwenzaw ġuri u ġurati u mhux għax verament jimpurtahom minn Daphne Caruana Galizia.

Jekk verament jimpurtahom minnha, għandhom jagħtu r-raġunijiet vera għala The Times kienu waqqfuha milli tkompli tikteb f’din il-gazzetta.

2 thoughts on “Ta’ The Times ser jippubblikaw għala kienu waqqfu lil Daphne Caruana Galizia milli tkompli tippubblika fil-gazzetta tagħhom?

    1. Ghadom imorru jippulcinellaw quddiem IL qorti ta RepublikaPn int dawn l artikli rajt zejda ? Daqt tghamluwa qaddisa

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading