Wara r-Rialto
Minn osservatur politiku
Robert Abela għandu bżonn jieqaf jaħseb qabel jitkellem. Għandu bżonn jirrifletti iżjed fuq dak li jgħid u għandu bżonn ikun rejalistiku mal-poplu Malti u Għawdxi. Il-poplu tkellem. Il-vot kien ċar. Il-poplu ġie jaqa’ u jqum minn dak kollu li wiegħed il-Prim Ministru.
Il-poplu għaraf iż-żmien li jagħti tbeżbiża tajba lil min qed imexxi fil-pajjiż. Ma tax każ ta’ dawk il-wegħdi kollha li kien qed jagħmel il-Prim Ministru. Ma nxtarax biċ-ċekkijiet li ntbagħtu lejlet l-elezzjoni biex mingħalih jgħaddi ż-żmien bin-nies.
Robert Abela żgur li ma kienx qed jistenna li l-poplu ser jitkellem b’mod drastiku daqshekk. Il-Prim Ministru żgur li qatt ma basar li s-sostenituri tal-Partit tiegħu kienu ser ineħħulu t-tapit minn taħt saqajh. Żgur li ma mmaġinax li l-poplu kien ser jiċħdu b’dak il-mod.
Meta partit ikollu maġġoranza kbira qatt ma jimmaġina li dik ser tinxef daqhekk faċilment. Il-Prim Ministru jrid jaċċetta l-fatt li l-elettorat mhux għall-bejgħ u kulħadd sar jagħraf jiżen is-sitwazzjonijiet fil-pajjiż. Robert Abela ser ikollu jniżżel saqajh mal-art u ma jipprovax jistma’ lill-poplu qisu xi mazzun li lest li jibla’ kollox.
Kien inutli li joqgħod jgħid li l-aħħar votazzjoni kienet ser ixxandar vot ta’ fiduċja fih bħala Prim Ministru. Ġie mogħti risposta ċara li x-xogħol tiegħu mhux qed ikun apprezzat biżżejjed. Il-poplu qallu li mhux ser jaċċetta iżjed sitwazzjonijiet imbarazzanti minn persuni viċin il-Partit tiegħu. Il-poplu għamilha ċara li mhux ser jaċċetta li membri tal-Gvern ta’ qabel jiġu allegatament mixlija li deffsu subgħajhom fejn mhux suppost.
Il-Prim Ministru għandu biċċa xogħol iebsa li jrid jiffaċċja f’dawn ix-xhur li ġejjien. Ma nafx kemm id-diskors tal-bieraħ fir-Rialto laħaq dan l-iskop.
Irid bil-fors idawwar it-tmun. Imma minn dak li ntqal, jidher li ser jibqa’ għaddej fuq din ir-rotta.
Dak li hu żgur hu li jrid jieħu deċiżjonijiet għall-ġid tal-poplu. Ma jistax ikun li jħalli iżjed membri tal-partit tiegħu jinqabbdu jagħmlu żbalji kardinali u agħar minn hekk, jieħdu deċiżjonijiet li jweġġgħu lin-nies. Jekk ser jiġri jekk, qed jissogra li jitlef l-elezzjoni by default.
Irid joqgħod attent li kulħadd jiġbed il-ħabel biex jiġi aġevolat il-poplu u mhux ikunu aġevolati erbgħa min-nies tal-qalba.


Not correct and totaly false to say ”IL-POPLU” this as facts show that an absolute majority of “IL-POPLU” of more than 52% (20,163 votes) did not say what you are falsley claiming.
Robert Abela jagħmel zbalji u mhux zgħar….. każ ta Sofia, co opting Rudolph Depatista meta kellu 40k maġġoranza u l-paprata tal maħfra ta min seraq is-servizzi soċjali biex insemmi ftit….. IMMA ġid għamel ukoll u għalkemm hemm ĦAFNA x jirranġa, xorta għadu soluzzjoni aħjar min Avvukat li jghix ġo Villa u għal żmien twil iddikjara li jaqla €6200 BISS fis-sena u li lanqas jiddikjara id-dħul tal-partit tiegħu. biex tkompli tgħaxxaqa imexxi minn grupp ta nies li ġew skartati mill-poplu
Fuq fomm il Vera laburisti kelma wahda qed tinghad. RESHUFFLE U MINISTRI LI MHUX KOMPETIBLI JIGU MNEHHIJA MIL AKTAR FIS POSSIBLI U CEO’s foloz li l agenda taghhom hi li jaghmlu l hsara lil gvern. Rundolph irrezenja mhux kompatibli. Il Partit taghna l partitarji u ghanda tigi mghajta konferenza generali strordinarja biex jittiehdu decizjonijiet.