Il-media lokali qed ixxandar propaganda kontra r-Russja u xejn aktar
Minn Romegas
Il-midja tagħna qed titmagħna narrativa u tibbumbardjana b’allegazzjonijiet dejjem iżjed frekwenti ta’ attrotiċajiet li suppost qed iwetqqu r-Russi fl-Ukrajna mingħajr l-ebda attentat ta’ verifika indipendenti. Din tissejjaħ propaganda.
Il-bieraħ kellna każ ċar ieħor ta’ dan. Awtoritajiet Ukreni allegaw li missila tat-tip Iskander ġiet sparata deliberament mir-Russi fuq l-istazzjon tal-ferrovija ta’ Kramatorsk ġewwa d-Donbass bl-intenzjoni viljakka li jagħmlu massakru min-nies ċivili li kienu qed jistennew sabiex jiġu evakwati mill-inħawi.
Il-midja internazzjonali, mill-ewwel ħadet din l-allegazzjoni u xerditha bħala verità. Każ tipiku ta’ dan huwa r-rapport ta’ Karl Azzopardi fil-Malta Today, minkejja li lanqas għandu l-iċken idea fuq xix qed jikteb, ma żammx lura milli jiddikjara li huma r-Russi li huma kolpevoli.
Din hi gidba u jekk għandek idea ta’ affarijiet militari faċilment tasal għall-konklużjoni li hija gidba ffabrikata minn dawk li wettqu dan il-fatt faħxi – l-Ukreni nfushom – u ser nispjega għalfejn.
- L-ewwelnett din mhix missila tat-tip Iskander, iżda missila tat-tip Tochka-U – missila minn żmien l-Unjoni Sovjetika li ilha li ġiet irtirata żmien mill-forzi armati Russi b’missila ferm iżjed avvanzata jisimha Iskander. Faċli tagħraf id-differenza bejniethom mhux lanqas mill-pożizzjoni tal-“fins” jew dnub tal-missila; mentri tal-Iskander jinsabu fit-truf, tat-Tochka jinsabu ferm eqreb tan-nofs tal-missila.

- Tochka-U, 2. Il-fdalijiet tal-missila ġewwa Kramatorsk, 3. Iskander
- Kif għidna mhux talli it-Tochka ilha li ġiet rtirata uffiċjalment mill-forzi armati Russi, iżda ma nsibux lanqas l-ebda evidenza la miktuba, u lanqas vidjografika li qatt ntużat mir-Russi jew il-forzi tad-DNR u LNR la tul dan il-konflitt, jew f’eżerċizzji militari Russi li saru dan l-aħħar snin.
- L-Ukreni wara li anki l-aktar analisti militari li jissimpatiżżaw mal-Ukranja sabuha impossibbli jemmnu li din kienet Iskander, bidlu n-narrattiva u qalu li iva fil-fatt il-missila hija Tochka – iżda sostnew li sparawha r-Russi – l-unika evidenza li ġabu huwa ritratt ta’ Tochka tal-Armata tal-Belorussja miġbud aktar kmieni din is-sena waqt l-eżerċizzji li saru f’dak il-pajjiż. Iva l-Belorussja għad għandha missili ta’ dan it-tip, però nafu li l-Belorussja mhix tieħu sehem attiv fil-ġlied.
- It-Tochka intużat b’mod sistematiku mill-forzi Ukreni tul dan il-konflitt kollu – regolarment tisparahom fuq ċentri urbani – b’mod partikulari il-bliet Donetsk u Luhansk bl-iskop li tikkawża l-aktar mwiet fost iċ-ċvili – ħafna minn dawn ġew interċettati – issibu kemm tridu videos tagħhom qed jiġu interċettati fuq it-telegram, b’mod partikolari fuq ic-channel: https://t.me/s/boris_rozhin
- Każ tipiku li wassal għal ħafna mwiet seħħ fl-14 ta’ Marzu li għadda fuq iċ-ċentru ta’ Donestk mill-armata Ukrena permezz ta’ missila Tochka li minkejja li ġiet interċettata, il-fdalijiet tagħha hija u nieżla, qatlet ammont simili ta’ nies ta’ dawk li mietu fi Kramatorsk. Konvenjentament – dan l-attakk ma deher imkien fil-midja hekk imsejħa indipendenti. Araw dettalji tal-attakk hawn u araw kif hija l-itess tip ta’ missila hawn taħt:

- Il-Missila li qatlet 39 ruħ fi Kramatorsk ġiet interċettata bħal dik li waqgħet fuq Donetsk. Li kieku ma kienitx interċettata apparti li kienet tisplodi, toħloq kratera enormi u ma jifdal xejn mill-missila fil-proċess (kif jien ngħid xtaqu l-Ukreni) – kienet fuq kollox toħloq massakru ferm akbar. Meta niżlet il-missila interċettata u (id-debri tagħha) kien hemm ħamest elef ruħ ġewwa l-istazzjon tal-ferrovija. Immaġinaw in-numru ta’ imwiet li kieku splodiet fosthom.
- F’dan il-konflitt, huma r-Russi biss li jidher li għandhom il-kapaċita’ jinterċettaw missili fl-ajru – imkien u nenfażizza dan il-fatt imkien m’għandna evidenza li l-Ukreni kienu kapaċi jinterċettaw kwalunkwe forma ta’ missila Russa – aħseb u ara waħda ballistika.
Cui Bono?
Din hija DEJJEM l-ewwel mistoqsija li wieħed għandu jagħmel – CUI BONO? – MIN GĦANDU X’JAKKWISTA? MIN GĦANDU INTERESS FAVOREVOLI x’jaħsad – mela ejja niflu dan l-episodju minn dan l-angolu ukoll?
- X’jakkwistaw ir-Russi minn attakk simili ħlief l-istmerrija tad-dinja? X’jakkwistaw l-Ukreni minn attakk simili (dejjem bis-saħħa ta’ midja li tgħid li mhux huma) ħlief simpatija? Taħsbu li m’għandhomx mezzi oħra r-Russi li kieku jridu tassew jeqirdu nies ċivii – taħsbu li kieku ma jiddejqux joqtlu nies ċivili – Kiev u bliet oħra mhux diġà trab?
- Jekk ir-Russi riedu joqtlu ċ-ċittadini f’Kramatorsk – kellhom bżonn jużaw missila ballistika u fuqha jiktbu messaġġ ukoll “Għall-uliedna”?
- Il-popolazzjoni tad-Dombass hija meqjusa mir-reġim Ukren bħala waħda Russa u separtista – huwa poplu li r-reġim Ukren iddikjara gwerra fuqu u ilu dawn l-aħħar tmien snin jiġġieled kontrih. Il-gvern Ukren qatel tal-anqas ħmistax-il elf ruħ minnhom, ftit għexieren oħra mhux ser jagħmlu differenza għalih. In-Nażisti fi ħdan ir-reġim imorru oltre – għalihom dawn huma ‘Untermensch’ – jiġifieri lanqas biss jikkwalifikaw bħala bnedmin, u skont l-ideoloġija tagħhom għandhom jinqerdu taħsbu li ser jiddejqu jisparaw fuqhom?
- Xi skop għandhom ir-Russi allura li joqtlu nies etnikament Russi? U min bejn l-Ukrajna u r-Russja għandu skop li n-nies ta’ etniċità Russa ma jevakwawx? Ir-Russi? Li tagħmlilhom ħajjithom faċli li kieku jevakwaw iċ-ċittadini ta’ etniċita Russa u allura jkunu jistgħu jinfexxu fl-Ukreni bl-armamenti kollha li għandhom għad-dispożizzjoni jew l-Ukreni li ma jridux dawn iċ-ċittadini jevakwaw biex jużawhom bħala tarek umani sabiex ir-Russi minflok jiġġieldu b’mod liberu jridu joqgħodu attenti iżjed li ma joqtlux nies li jqisu bħala nieshom huma u jattakkaw l-forzi Ukreni?
Qegħdin fi gwerra – hija r-responsabbiltà kbira ta’ kulħadd li l-gwerra ma tiskalax bla bżonn – m’għandniex bżonn gideb bħal dan intenzjonat biss biex ikompli jimmanipula l-emozzjonijiet u jmassħan l-imħuħ għax il-konsegwenzi huma tremendi. U għalhekk huwa tal-mistħija li nies bħal Karl Azzopardi jagħmlu dekjarazzjonijiet bħalma jagħmlu mingħajr l-ebda attentat li jivverifikawhom u jmorru jorqdu qisu m’hemm xejn. Nerġa’ ngħid tal-mistħija għax f’mumenti bħal dawn li jistgħu jwasslu f’konfront nukleari bejn il-potenzi, għandna obbligu morali nkunu veritieri u mhux nikkopjaw verbatim rapport li rċevejna minn barra u nirrepetuh bħal pappagall.
Fi żmien perikoluż bħal dan irridu noqgħodu aktar minn qatt qabel b’sebgħa’ għajnejn u niflu l-evidenza. Tħallux min jinqeda’ bikom, min jimmanipulakom. Nifhem li għal ħafna minnkom din diffiċli għax trid tkun persuna li għandek il-ħin bħali li tagħmel siegħat sħaħ kuljum tifli l-evidenza u tikkumpara dak kollu li qed jingħad u jiġi allegat mal-evidenza provduta.
Iżda kulħadd għandu s-sens kommun li jistaqsi Cui Bono? Ma tridx tkun xi ġenju. Trid biss trażżan l-emozzjonijiet u tistaqsi u titlob risposti għall-domandi li għandek kull dritt li tagħmilhom u mhux taċċetta kollox mingħajr lanqas sforz ta’ evidenza.
Żommu f’moħħkom in-narrattiva: fil-bidu kienet li l-Ukreni qed jirbħu, li r-Russi qed ifallu, jiġġieldu ħażin, armata fqira eċċ eċċ – imma nnotaw kif qed timbidel – issa m’għadhomx jgħidulna li l-Ukreni qed jirbħu. Issa morna phase II li fejn qed jitkellmu fuq attroċitajiet Russi u dan it-tip ta’ riportaġġ ser jiżdiedu hekk kif is-sitwazzjoni tar-reġim Ukren issir waħda dejjem aktar iddisprata.
Intant illum, ir-Russi prattikament ħadu Mariupol:

Naħseb, li kull jumejn jew tlieta hemm bżonn ta’ SITREP indipendenti dwar il-gwerra fl-Ukrajna, u jekk ikolli s-saħħa u dan is-sit japprova, nagħmel ħilti sabiex nipprovdiha għax hemm bżonn aktar minn qatt qabel li nisimgħu u nixtarru x’tassew qed jiġri u mhux x’qed tagħżel il-midja tagħna li tgħidilna.
B’hekk l-ewwel konsegwenza ta’ din il-gwerra hija s-sewwa.

Jidher car li l-Ukreni l-Ewropa u lAmerka qed jaghmlu hafna fake news bhas soltu biex ikomplu jonfhu is sitwazjoni u ibiehu l-armi.