Xogħol ta’ kostruzzjoni tard bil-lejl f’Għawdex minn Said Construction Ltd.

Is-Sindku tax-Xagħra, Christian Zammit, il-bieraħ tella’ post fuq Facebook fejn qal li fid-9.40 ta’ bil-lejl kien għadu għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni fuq blokka f’żona residenzjali ġewwa x-Xagħra Għawdex. Hu semma’ it-triq fejn kien qed isir dan ix-xogħol jiġifieri Triq Karkar. Is-sinkdu kompla jgħid li għamel rapport lill-pulizija. Is-sindku kompla jikteb li l-pulizija ħadu azzjoni.

Dak li jrid jintqal li dan il-crane, li kien qed jintuża fuq dan is-sit tal-kostruzzjoni, huwa ta’ Said Construction, jiġifieri tal-familja ta’ Dr. Chris Said.

Ir-residenti fiż-żona kienu rrabbjati immensament minħabba l-istorbju kbir li kien hemm. Persuni bdew iħallu l-kummenti tagħhom fuq il-Facebook kontra dan ix-xogħol. Persuna partikolari kiteb li ngħalaq ġo garage minħabba dan il-crane u ma setax joħroġ biex iwassal lit-tfal.

Waqt li wieħed irid jgħid li l-crane hu ta’ ħut Chris Said u Chris Said ma għandux x’jaqsam miegħu, xorta l-imġieba ta’ ħutu qed tħalli effetti ħażina fuq il-Partit Nazzjonalista. L-Għawdxin ċar u tond qed jgħidu: “ta’ Chris Said għandhom l-arja bħalissa taħt il-Gvern tal-Lejber, aħseb u ara kieku Chris ikun il-ministru ta’ Għawdex x’ser jagħmlu!”

Il-mistoqsija tiġi waħidha. Huwa etiku li kumpanja tarma crane ġewwa żona residenzjali u tkun qed taħdem f’dawk il-ħinijiet tard bil-lejl? Verament trid tkun persuna li taħseb li għandek ir-riħ fl-qala’ biex tagħmel affarijiet hekk.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *