Il-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Edward Zammit Lewis ma ġietx diskussa mill-grupp Parliamentari Nazzjonalista

Ftit tal-jiem ilu kellna l-mozzjoni ta’ sfiduċja kontra Edward Zammit Lewis. Din il-mozzjoni u ssejħa għar-reżenja ta’ Zammit Lewis żdiedet min-naħa tal-partit Nazzjonalista wara li l-avukat ġenerali ħareġ l-att tal-akkuża kontra Yorgen Fenech li jfisser li issa reġa’ beda terminu ieħor ta’ kemm Yorgen Fenech jista’ jibqa’ jinżamm arrestat il-ħabs.

Sadanittant, Bernard Grech ħa l-opportunita’ biex jagħmel posts fuq Facebook biex jgħid li Zammit Lewis għandu jirreżenja.

Biss naħseb jkun aħjar jekk Bernard Grech jara jekk għandux l-membri parlamentari Nazzjonalisti kollha warajh fuq il-mozzjoni li ressaq fil-Parlament u ried li tinstema b’urġenza? Infakkar li normalment, mozzjoni bħal din l-ewwel tiġi diskussa fil-grupp parlamentari Nazzjonalista. F’dan il-każ partikolari ma garax hekk. Din il-mozzjoni kontra Edward Zammit Lewis ma ġietx diskussa fil-grupp parlamentari Nazzjonalista għaliex mhux il-membri kollha qablu wara din il-mozzjoni. Anzi l-maġġoranza kienu kontra.

Imma Bernard Grech baqa’ jinsisti li jressaqha. Hu kien qed jaqdi l-interessi ta’ oħrajn f’dan il-każ. Hu interessanti li din il-mozzjoni ġie iffirmata minn tlieta. Bernard Grech bħala kap tal-partit. Miegħu ffirma Beppe Fenech Adami li b’kumbinazzjoni hu mill-istess distrett ta’ Zammit Lewis. Hu fatt magħruf li f’dan id-distrett, Chris Cardona qed jaħdem bis-sħiħ favur in-nutar Ian Castaldi Paris, kontra l-istess Zammit Lewis. Imbagħad iffirma Joe Ellis li bħal pilatu kellu jidħol fil-kredu għaliex hu l-kelliem tal-ġustizzja biss wieħed ma jistax ma jinnotax li wara l-firma ta’ din il-mozzjoni ma tantx tkellem dwarha.

One thought on “Il-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Edward Zammit Lewis ma ġietx diskussa mill-grupp Parliamentari Nazzjonalista

Leave a Reply

Your email address will not be published.