L-appartament li kellu Federico Fellini f’Ruma jiswa’ inqas minn biċċtejn kmamar li l-ħbieb tar-Repubblichini qed ibiegħu fejn kienet The Times.

Ta’ The Times iridu joqogħdu jagħtu lezzjoni morali lin-nies. Imbagħad taqra li biċċtejn kmamar fil-post fejn kien hemm The Times il-Belt Valletta qed jinbiegħu żewġ miljun Euros.

Qed inġib ritratt minn ġewwa tal-appartament li kellu Federico Fellini f’Via Margutta f’Ruma. Din kienet it-triq fejn ħafna artisti Maltin li kienu fl-Italja fis-snin tletin kienu jmorru jgħixu. Dan l-appartament fi triq prestiġjuża ftit il-bogħod minn piazza Di Spagna qed jinbiegħ in-nofs ta’ appartament ta’ l-istess daqs ġewwa l-post fejn kien hemm The Times.

L-appartament minn ġewwa fejn Federico Fellini anki ħadem films tiegħu. Dan qed jinbiegħ inqas minn miljun ewro u jinsab f’parti prestiġjuża ta’ Ruma.

U llum għandna The Times falluta. Infakkar li din l-gazzetta kellha t-tliet diretturi tagħha implikati fil-korruzzjoni. Dawn ta’ The Times iridu jgħajru lil ħaddieħor mixtri imma fuq din l-istorja ta’ kemm appartamenti qed jinbiegħu fl-istess post fejn kienet The Times ma jġibux. Infakkar li dawn l-appartamenti qed jinbnew minn ta’ Hili li huma biċċa waħda ma’ Austin Gatt u supporters tal-grupp Repubblika u ‘l hekk imsejħa movimenti tar-rule of law.

Illum nafu li The Times għandha diffikultajiet finanzjarji kbar tant li biegħu l-assets tagħhom u min xtara dawn l-assets qed ibiegħ żewġt t’ikmamar fl-istess post għal 2 miljun euro. Imbagħad dawk kollha nvoluti jriduha ta’ Holier than Thou. Ara fuq il-bini li ta’ Hili jridu jagħmlu fuq Kemmuna, ta’ The Times qatt ma jiktbu xejn.

Infakkar li l-bini ta’ The Times hu wieħed storiku. Ara hemm ma kienx jimporta li jitwaqqa’ biex jiġi kkummerċjaliżżat. Dawn iriduha tal-gwardjani tal-verita u tal-ħarsien tal-ambjent meta’ huma biss, kif qallhom Kristu, huma oqbra mbajda.

Leave a Reply

Discover more from Rightwing Voices

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading