Making Politics

X’ser jagħmel il-Partit Nazzjonalista wara survey ieħor disastruż?

Blog post minn osservatur politiku Kif ħabbar il-bieraħ f’dan is-sit, Dr Marmara reġa’ kellimna bl-istudju tan-numri. Jekk hawn surveys li kulħadd jgħid li rridu noqogħdu fuqhom huma ta’ dan il-lettur. Issa nispera li ma jkunx hemm xi galantom u jgħid li s-surveys huma mbabsin wara li ilna snin nemmnu dak li jgħidilna Dr Marmara. In-numri […]

Kliem li jweġġa’ għandu jkun evitat fid-diskors politiċi

Blog post minn osservatur politiku Fi ftit ġimgħat oħra Malta u Għawdex jiġu msejħa biex jagħmlu dmirhom u jattendu fil-postijiet tal-votazzjoni biex jeleġġu lil min iridu li jkun fit-tmun tal-pajjiż għall-ħames snin ta’ wara. Dan huwa l-iktar pass demokratiku, li tagħti s-saħħa lill-poplu biex jeleġġi jew jagħmel għażla bejn min jippreżenta ruħu. Imma l-proċess demokratiku […]

Jason Azzopardi jiġi Malta minn Orly

Mela Jason Azzopardi tella’ post biex jgħidilna li kien qed jara l-Liverpool. Biss dak li ma qalilniex li hu ma baqgħax l-Ingilterra imma wara mar Franza u għadda Pariġi u qabad l-ajruplan għal Malta minn Orly. Dan qed ngħidu għaliex fil-qorti qal li ma għandux flus biex iħallas il-manteniment tal-mara; biss flus biex isiefer għandu […]

L-istħarriġ tat-Torċa

Niżvela l-famuż siġġu tal-kastig li hemm fil-ħabs u l-gideb dwaru

Qed inġib ir-ritratt ta’ dak li jissejjaħ restraint chair – jew is-siġġu li hemm fil-ħabs ta’ Kordin biex fuqu tiġi marbuta persuna li jkollha problemi li tagħmel ħsara lilha nnifisha. L-użu ta’ dan is-siġġu huwa primarjament biex persuna vjolenti, tkun tista’ tiġi mrażżna billi tkun marbuta miegħu. B’hekk ma tagħmilx ħsara lilha nnifisha u wisq […]

It-tweġiba tiegħi lil Rafel Sammut

Rafel Sammut staqsieni x’interess għandi li naqbeż għad-direttur tal-ħabs. It-tweġiba tiegħi hija li xejn. Meta ma qbiltx mad-deċiżjonijiet tad-Direttur tal-ħabs ma ddejjaqtx nikteb fuq Facebook u fuq dan is-sit u dan jista’ jfittxhom jekk irid. Issa jekk hemm “bullying” fil-ħabs, iġib il-provi. Il-provi ma jfissirx li xi ħadd jgħid xi ħaġa fuq il-ħabs u dan […]

Għada survey ieħor ħażin għall-Partit Nazzjonalista

Għada ħiereġ survey ieħor u dan is-survey ikompli jikkomplimenta dak li ġa ħareġ f’surveys oħra. Id-differenza bejn il-partiti hija ta’ ‘l fuq minn 43 elf vot favur il-Partit Laburista. Id-differenza bejn il-mexxejja hija ta’ ‘l fuq minn 59 elf vot. Jekk dan hu minnu, dan jikkonferma li bħala partit, il-Partit Nazzjonalista ma mexiex ‘il quddiem, […]

Għaliex The Times ma ħaditx l-opinjoni tat-tabib tal-ħabs biex ikollha l-verżjoni kollha ta’ x’seta’ ġara fil-ħabs?

Il-bieraħ ippubblikajt artiklu dwar Kim Borg u x’għamlet lejlet li hija ppruvat tikkommetti suwiċidju u x’qalet lill-ommha, inkluż li kienet ser terġa ċċemplilha. Żammejt mal-fatti li jistgħu jkunu ppruvati. Jien kull ma rrid hu li toħroġ il-verita’ u mhux dan il-każ pjetuż jiġi wżat għall-skopijiet oħra. Bħal ma kulħadd jaf, il-ħabsijiet mad-dinja kollha jirrekordjaw it-telefonati […]

Joe Ellis u l-battuta tiegħu kontra l-imħallef Griscti

Dr. Joe Ellis, deputat f’isem il-Partit Nazzjonalista, jiddeċiedi li għandu jtella’ kumment fuq Facebook biex jaqbeż għal sieħbu fil-parlament Jason Azzopardi. Il-problema hawnhekk mhux il-kumment fih in-nifsu, għaliex bħala ċittadin għandu kull dritt jagħmlu imma l-fatt li llum Joe Ellis huwa l-kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-ġustizzja. Fil-kumment tiegħu Dr Joe Ellis wera solidarjeta ma’ Dr Jason […]

Il-kuġin tal-mejta Kim Borg jikteb kumment fejn jgħid li d-direttur tal-ħabs jistħoqqlu li jmut: sar rapport l-għassa

Wara li l-kuġin ta’ Kim Borg, Steve Borg Nicolas tella’ kumment fuq Facebook, fejn qal li d-Direttur tal-Ħabs jistħoqqlu jmut, dan is-sit jinsab infurmat li sar rapport l-għassa ta’ Raħal Ġdid dwar dan il-kumment li qed jitqies bħala kumment ta’ theddid lejn l-istess Direttur tal-Ħabs. Ma’ din l-akkuża ġiet miżjuda l-akkuża li uża kliem ta’ […]

Loading…

Something went wrong. Please refresh the page and/or try again.


Follow My Blog

Get new content delivered directly to your inbox.