Kevin Cassar jagħtina l-konferma għala Stephen Spiteri qatt ma attakka lill-gvern fuq id-disastru li ħallew f’Malta l-miżuri tal-Covid.
Waqt li fl-Ewropa kollha, il-pajjiżi ċċivilizzati qed jitkellmu dwar id-disastru li ħallew il-miżuri tal-Covid, l-Oppożizzjoni Maltija hija b’ħalqha magħluq dwar dan kollu. Il-persuna li suppost jitkellem għall-oppożizzjoni hu Stephen Spiteri.
Ilbieraħ, it-tabib Kevin Cassar akkuża lil Stephen Spiteri li hu b’ħalqu magħluq dwar in-nuqqasijiet kbar li jeżistu fil-qasam tas-saħħa illum. Hu qal li Chris Fearne l-anqas kellu mistoqsija waħda fil-parlament, mill-aħħar elezzjoni dwar id-disastru li hemm fil-qasam tas-saħħa. Hu kompla jgħid li Stephen Spiteri bilkemm qal kelma waħda ta’ kritika lil Chris Fearne.
Cassar jgħid li Spiteri jmissu jibda jistaqsi lil Chris Fearne dwar in-numru kbir ta’ żballji li qed isiru fil-qasam tas-saħħa. Mhux biss li llum hemm pazjenti fil-kuritur imma anki l-canteens tal-isptar u l-librerija tal-iskola Medika hija fi stat disastruż.
Dak li dan is-sit jista’ jżid, li Stephen Spiteri qatt ma kkritika lil Fearne dwar id-disastru li ħalla bil-lockdowns fil-qasam tas-saħħa kemm fuq livell fiżiku u mentali. Anzi kien wieħed li riedhom.
Ir-raġuni hija ovvja għala Spiteri ma jridx jattakka lil Fearne. U din qed jagħtiha Silvio Grixti fil-posts li qed jitfa’. Illum spiċċajna biex l-oppożizzjoni ġejja minn ħdan il-Lejber minħabba l-inkwiet intern li hemm aktar milli minn fejn suppost tiġi, jiġifieri il-Partit Nazzjonalista.

QARES L GHENEB.