Biex ikollna soċjeta’ kontra l-abort.

Minn Edwin Vassallo

Illum f’pajjiżna għandna liġi tal-abort mimlija inċertezzi. Daqs kemm hija intenzjonata li ma tinkludix l-abort, għandha l-potenzjal li tippermetih bla ma ħadd jkun jaf. Fil-fehma tiegħi hija liġi li bexxqet il- bieb għall-abort u hija liġi li bdiet il-mixja lejn abort propju li jasal maż-żmien.

Il-ħidma li jeħtieġ li niffukaw fuqha hija li ndaħħlu kultura f’pajjiżna li tiġġieled il-kultura ta’ permessivita’ li daħħlet din il-liġi sabiex innaqqsu kemm jista’ jkun il-mentalita’ favur il-ħtieġa għall-abort.

La darba din il-liġi tiddekriminilizza l-abort għall-fini miktuba f’din il-liġi, f’pajjiżna bdiet dieħla l-mentalita’ ta’ abort selettiv. Abort li jista’ jkun aċċettat taħt ċertu kundizzjonijiet. Għalhekk irridu naraw li jkollna ħidma li tkompli ssaħħaħ kemm il-kultura u l-mentalita’ favur l-abort kif ukoll tnaqqas il-ħtieġa, id-domanda għall-abort.

Din il-liġi daħlet f’pajjiżna frott l-ingann u rridu nkomplu naraw li l-poplu tagħna ma jkunx vittma ta’ aktar ingann li jirriżulta mir-raġunar ta’ dawk favur l-abort.

black chalkboard with medical mask
Photo by Brett Sayles on Pexels.com

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *