Ħaten Beppe Fenech Adami jiftaħ attakk kontra d-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri
Dan is-sit qed isegwi l-istorja ta’ Silvio Grixti. Grixti kien qed itella’ messaġġi b’referenzi għal abbużi magħmula minn Stephen Spiteri anki jekk ma jsemmiehx b’ismu. Issa din l-istorja ħadha Kevin Cassar.
Ma nafx kif naqbad naraha. Infakkar li Kevin Cassar jiġi ħaten Beppe Fenech Adami. Kontra Beppe Fenech Adami, Kevin Cassar qatt ma kiteb xejn. Imma din id-darba, għandna tabib, jiġifieri Kevin Cassar li qed jikteb kontra tabib ieħor, jiġifieri Stephen Spiteri.
Infakkar li Stephen Spiteri kien parti mill-grupp ta’ Blue Heroes, li l-istess Kevin Cassar jagħmel parti minnu.
Imma dak li hu nteressanti huwa li meta jien ftaħt ħalqi, il-grupp ta’ Repubblika talbu t-tkeċċija tiegħi mill-universita’. Qalu li qed nattakka kollega, dan fir-rigward ta’ meta ma qbiltx ma’ Cassar. Issa għandna l-istess tabib Kevin Cassar li qed jattakka l-kunsill mediku u kollega. Ara huma jistgħu jattakkaw kollegi.
Hija din l-ipokresija li ddejjaqni. Ma jdejjaqnix il-fatt li Kevin Cassar jikteb kif jikteb, anki kontra Stephen Spiteri. Cassar għandu kull dritt jikteb kif irid u niddefendi dan id-dritt tiegħu anki meta jikteb kontrija.
Imma dak li jdejqek huwa li r-regoli tal-holier than thou jgħoddu biss skont jekk għandhomx grazzja miegħek jew le u jekk li tghid jaqbilx għall-widnejhom jew le.
Imma l-aktar interessanti huwa li issa l-PN qed jispiċċa jattakka lilu nnifsu. Qabel il-grupp ta’ Kevin Cassar fil-PN kienu jużaw l-esempju tiegħi f’diskussjonijiet interni tal-Partit biex jattakkaw lil Adrian Delia anki jekk l-istess Delia qatt ma qalli x’nikteb jew talabni biex nikteb. Huma kienu jgħidu kif qatt nistgħu nerbħu meta wieħed li jagħti support lil Delia qed jispiċċa jikteb kontra l-Partit! U dawk li kienu jagħmlu dan l-argument kienu dawk tal-klikka ta’ Kevin Cassar. Issa wieħed minnhom qed jattakka bl-aħrax membru parlamentari Nazzjonalista. Issa dawn x’ser jgħidu?
Dak li hu żgur li f’din is-sitwazzjoni li qiegħed fiha, il-PN ma jistax jerbaħ.
