Dawk biċċa waħda ma’ tar-rule of law, jiġifieri ta’ The Times jieħduha kontra persuna talli attakka l-interessi tal-kuntratturi u l-użu tal-ilma minnhom b’xejn.
Il-Ġimgħa 17 ta’ Novembru, ta’ The Times kellhom artiklu ieħor fis-sensiela ta’ Fact-Check. F’dan l-artiklu ta’ The Times spiċċaw jattakkaw persuna li tella’ artiklu fuq Facebook il-Ħamis dwar it-temp u n-nuqqas ta’ xita. Ta’ The Times ippruvaw iwaqqugħ għaż-żuffjett. Imma dawn li jriduha tal-pampaluni tal-verita’ spiċċaw jaqgħu huma għaż-żuffjett.
Fl-artiklu tagħha, The Times tgħidilna li dak li qed jgħid din il-persuna ma hux minnu fir-rigward tar-ritratt li ġab għaliex dan ittieħed sena ilu. Imma dan mhux dwar dan ir-ritratt mill-satellita qed jitkellem imma dwar in-nuqqas tax-xita. Imma The Times tieħu din l-okkażżjoni, imħallsa għall-ġieħna mill-EU, biex tiddiskredita’ lis-sit It-Temp Madwarna u tgħid li Malta mhux bone-dry anki jekk tispiċċa tammetti li jekk ikollha tieħu ritratt ta’ Malta llum, dak ir-riżultat jew agħar wieħed jistenna minħabba dan in-nuqqas ta’ xita.

Ma damitx ma waslet ir-risposta mis-sit it-Temp Madwarna. Il-persuna li tieħu ħsieb it-Temp Madwarna tella’ t-tweġiba tiegħu li hija din li ġejja fejn spiċċa jgiddeb lil ta’ The Times.

Dan juri f’liema stat tal-biki tinsab The Times illum taħt Herman Grech u sħabu. Dawn jieħdu l-flus mill-Ewropa biex jattakkaw lin-nies li jippruvaw jagħmlu xi ħaġa ta’ ġid. Imma dak li laqagħtni huwa dak li l-persuna li jieħu ħsieb dan is-sit kiteb li l-kuntratturi tal-bini qed jużaw l-ilma tal-pjan mingħajr l-anqas ma jħallsu għalih biex jagħmlu l-konkos.
Lil dawk li qaluli li b’dan il-budget jien mort tajjeb għaliex il-gvern qed jissussidjali l-enerġija, issa tafu għal minn qed jissussidja l-enerġija l-gvern. Dan il-gvern il-proġetti tal-kuntratturi jissussidja għaliex iħallihom jieħdu ilma ta’ kulħadd u ma jħallsu xejn u l-poplu Malti jrid iħallas għall-ilma u l-gvern jgħidlu li qed jagħmilu pjaċir għaliex qiegħed jissussidjah!
Din bħal tar-rizzi ġejja. Daqt inkunu tlifna l-ilma tal-pjan kollu u mbagħad noqgħodu nagħmlu l-esperimenti biex naraw kif ser nerġgħu nġibuh. Mhux biss dan hu gvern tad-dilettanti imma media ukoll li tridha li taf ħafna u tipprova tkisser lil min jipprova jagħmel xi ħaġa.
Jien bicca cittadini mohho.floku generalist meta jitwaqa Bini Li kien abitabli Il Meter tad dawl U ilma ma jinqalawx U viva ir re
Issa rigward lilma tal pjan flahhar meta nibqu nigbduh fil blat jinholoq vacuum brizultat Li lilma bahar jippenetra U lilma jigi salmastru ma jkun tajjeb Al xejn
Lisbah wahda meta jinqalu toroq
Lewwel ma jsir jittajar Imain tal ilma ahna Il pawlisto inkantaw
Kristus Vinci’s imma din saret denaris vincis
I have long stopped buying the Times after years in purchasing the paper because I felt that it is the only way to get the message through that it has lost its aura of the mother of good journalism