Sentenza tal-qorti tal-Appell twassal biex mil-lum ’il quddiem, min iżomm għandu flus li ma ġewx dikjarati ma’ tat-taxxa jista’ ma jagħtihomx lura lil sidhom.

Nixtieq nagħmel referenza għal sentenza li kellna fil-qorti fejn ċertu Ronald Luther Philips għamel kawża kontra żewġ avukati li kienu l-partners ta’ ditta legali ta’ avukati li llum ma għadhiex teżisti biex jitħallas lura s-somma ta’ 577,543.92 liri sterlina li jammontaw għal Ewro 699,629.21 u jagħtuh rendikont tagħha, liema rendikont huma qatt ma tawh.

Iż-żewġ avukati rrispondew il-kawża billi qalu lill-qorti li dawk il-flus ma kienux dikjarati fit-taxxa l-Ingilterra u għalhekk ma ġewx minn sors jew provenjenza legali u dan għax Philips ħeba dawn il-flus biex ma jħallasx taxxa u huma frott għalhekk ta’ evażjoni ta’ taxxa.

Il-qorti, filwaqt li tammetti li dawn il-flus għaddew għand din id-ditta legali li llum ma għadhiex teżisti, ddeċidiet li la dawk il-flus ġejjin minn evażjoni fiskali, tat raġun lil dawn iż-żewġ avukati u ddikjarat li dawn ma għandhom jagħtuh xejn għax il-flus li rċevew kienu ġejjin minn evażjoni ta’ taxxa.

U l-qorti ma tat l-ebda ċanfira lil dawn iż-żewġ avukati talli aċċettaw dawn il-flus u kulħadd baqa’ b’li ħa.

Mela l-messaġġ li qed tibgħat il-qorti huwa li jekk xi ħadd iżomm flus mhux dikjarati ma’ tat-taxxa li huma ta’ ħaddieħor, dawn jista’ jżommhom u sid il-flus ma għandux ċans joħodhom lura.

 

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *