Mhux sew li biex il-poplu jkun jaf x’ġara sew kellu jitkellem Edwin Vassallo u l-Partit Nazzjonalista jibqa’ b’ħalqu magħluq

Minn osservatur politiku

Ilbieraħ t’lura, fil-faċċata tagħha, In-Nazzjon kitbet li “Is-Sindku Laburista tal-Mosta jċedi għall-pressjoni’. Huwa fatt li s-sindku kellu jdoqq l-irtirata u jisma l-għajta tal-poplu Mosti biex is-siġar tal-pjazza jibqgħu fejn huma.

Imma il-gazzetta In-Nazzjon kellha tkun aktar qrib il-verita u kellha tistqarr li l-pressjoni tal-Mostin u oħrajn waqgħet ukoll fuq il-kunsilliera Nazzjonalisti li kienu tħallew waħidhom. Inutli l-gazzetta tgħid li s-sindku kellu jirtira mid-deċiżjoni tiegħu u ma tgħid xejn verament x’ġara ġewwa l-Mosta lill-kunsilliera nazzjonalisti. Ma kontx nistenna li biex inkun naf x’seħħ il-Mosta, kelli nkun nafu mingħand Edwin Vassallo u mhux mill-gazzetta uffiċjali tal-Partit Nazzjonalista. Dak li qaltilna n-Nazzjon kien li l-kunsilliera Nazzjonalisti talbu għal-laqgħa urġenti biex jaraw x’ser jagħmlu dwar l-għajta tan-nies.

Is-sindku u l-kunsilliera Laburisti kellhom iċedu għall-pressjoni tal-poplu Mosti imma semgħu wkoll mix-xewqa tal-mexxej tagħhom li stqarr li l-Kunsill Lokali għandu jerġa’ jmur madwar il-mejda u janalizza għal darba oħra l-pożizzjoni tiegħu. U fil-fatt hekk ġara.

Inutli li n-Nazzjon jipprova jpinġi li s-sitwazzjoni nbidlet minħabba l-preżenza tal-Kap fil-Mosta u din dawret il-ħsieb tas-sindku. Kif qallu Edwin Vassallo, meta mar il-Mosta, il-kap Nazzjonalista kellu jiddefendi lill-kunsilliera tiegħu. Imma jidher li Bernard Grech l-anqas jaf x’inhu jiġri fil-kunsilli. Għalhekk, dak li qed jingħad huwa biss paroli partiġġjan biex jippruvaw jakkwistaw ftit punti politiċi għax kulħadd jaf u jista’ jasal għall-konklużjoni li l-kunsilliera Laburisti fehmu r-rabja tan-nies u aġixxew fuq hekk.

Mhux sewwa li partit politiku jipprova jigwadanja politikament minn affarijiet li mhumiex veritiera. In-Nazzjon missha qalet sew x’ġara li mhux vera kien hemm qbil fost il-kunsilliera biex jitneħħew is-siġar imma l-qbil u mingħajr vot, kien li l-ERA tkun ikkonsultata.

Imma llum biex inkun nafu x’inhu jiġri fil-PN, iridu mmorru fuq sorsi oħra għaliex il-media tal-Partit Nazzjonalista l-anqas hija kapaċi tgħidilna x’ġara.

One thought on “Mhux sew li biex il-poplu jkun jaf x’ġara sew kellu jitkellem Edwin Vassallo u l-Partit Nazzjonalista jibqa’ b’ħalqu magħluq

  1. Is-sabiha hi li baqa ftit hass/kabbocci pneeeeeers bi-ftit tama li il-partit tal pneeeeee ghandu xi cans irqiq li jirbah lel-ezzjoni li imis.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *