Minkejja l-fatt li l-Malta Today ppruvat tagħti spallata lill-gvern, xorta s-survey li għamlet juri sfiduċja mill-elettorat fiż-żewġ partiti.

Ilbieraħ, il-Malta Today tagħtna survey marbut mal-budget. Ippruvat issib xi ħaġa pożittiva li tista’ tgħid dwar dan is-survey ħalli ġġibha fit-titlu tal-artiklu. Qaltilna li dan kien budget li ġie milqugħ tajjeb mill-penzjonanti. Jien ma għandix għalfejn immeri dan ir-riżultat. Naħseb li dan hu minnu. Imma l-maġġoranza tan-nies jidher li mhux hekk qed jgħidu. Il-maġġoranza qed tgħid li minn dan il-budget ma ħadet xejn. Magħhom tista’ żżid dawk li qed jgħidu li ntlaqtu ħażin. Jien indaħħal lili nnifsi ma’ dawk li qed jgħidu li minn dan il-budget ma ħadu xejn. Fi ftit kliem, ma kellu xejn x’joffrili.

Imma meta wieħed janalizza dan is-survey, wieħed jinduna li l-Malta Today qed tagħmel sforz biex kemm jista’ jkun tagħti spallata lill-gvern minħabba li l-gvern u l-ministru Caruana ħasbu li ser ikun hemm uforja, imma din l-uforja ma ġietx. Anzi l-gvern qed ikompli jitlef il-voti mal-elettorat. Dak li qed isalva lil Caruana u jwasslu milli jgħaddi l-budget test huwa l-fatt li ma hemmx oppożizzjoni. Illum wieħed jgħid mhux biss ma hemmx oppożizzjoni imma l-PN ma għandu lill-ħadd li jista’ jfassallu l-pjan ekonomiku u finanzjarju alternattiv għal pajjiżna. Fi kliem ieħor il-kelliema tal-oppożizzjoni għall-finanzi, jiġifieri Ivan Bartolo tas-6PM u Jerome Caruana Cilia qed jitħallew waħidhom. Mhumiex mitqiesa kredibbli mal-poplu. Dan hu li salva dan il-budget disastruż tal-Ministru Caruana.

Infakkar li l-PN għamel konferenzi stampa fuq dan il-budget. Jekk xejn dan is-survey jikkonferma li dawn il-konferenzi stampa ma kienux kapaċi jikkonvinċu lill-poplu Malti dwar il-pjan finanzjarju alternattiv tal-PN. Infakkar li l-kelliema waqt waħda minn dawn il-konferenzi stampa l-anqas kienu kapaċi jwieġbu domandi sempliċi. Dan kellu effett devastanti. Il-Lejber għamel festa minn din l-istorja.

Issa skont il-Malta Today, il-PN irkupra 14k minn fuq l-aħħar survey tal-Malta Today. Fi kliem ieħor, anki jekk in-nies li qed jgħidu li mhux ser jivvutaw qed jiżdiedu, il-PL ser jgħaddi lill-PN b’distakk ta’ fuq 30,000 vot.

In-nuqqas ta’ esperjenza, expertise u n-nuqqas ta’ preparazzjoni wasslu biex il-PN mhux kredibbli biex imexxi l-finanzi tal-pajjiż. Dan hu wieħed mill-aktar setturi mportanti biex tirbaħ elezzjoni.

Dan anke f kuntest li mhux il-poplu kollu kuntent bil-politika ekonomika tal-government, xorta l-poplu għadu jrid lil Lejber fil-gvern. U dan kollu qed iseħħ f’kuntest fejn Clyde Caruana ma marx tajjeb daqs kemm wieħed jistenna skont dan lis-survey. Hu ġab 2.9/5.

Il-messaġġ hu wieħed. Numru sostanzjali tal-poplu ma jafdaw lil ħadd fil-PN biex jieħu ħsieb il-finanzi u l-ekonomija tal-pajjiż, anki jekk il-Ministru tal-Finanzi mhux daqshekk popolari mal-elettorat Malti.

6 thoughts on “Minkejja l-fatt li l-Malta Today ppruvat tagħti spallata lill-gvern, xorta s-survey li għamlet juri sfiduċja mill-elettorat fiż-żewġ partiti.

  1. Jien indaħħal lili nnifsi ma’ dawk li qed jgħidu li minn dan il-budget ma ħadu xejn. Fi ftit kliem, ma kellu xejn x’joffrili. Mela la ma hadt xejn xorta ma tlift xejn ghax is-sussidji xorta hadthom!

    1. Iktar minn milli forsi din id-darba ma ħadlek xejn għallinqas bqajt tiegħu dak li ngħatajt snin qabel.Għax baġet jaf jeħodlok iktar milli jkun dak li jagħtik kif kienu jkunu l-baġets kollha ta’ żmien il-PN.

  2. X’taghffeg profs …. Mela x’budget qed tipretendi fi sfond ta krizi ta gwerer u ekonomici ma l ‘Ewropa kollha ?

  3. Jekk tghodd lilek innifsek li ma hadt xejn inkun korrett li nghid li int;

    Tivjagga bir-rota mhux bil-karozza
    Ma tuzax elettriku fid-dar
    Ma tixtrix prodotti maghmula minn dqieq u cereali
    Ma tuzax anqas gas jew pitrolju biex issajjar..

    Jekk ghall dawn il-mistoqsijiet jien mhux korrett..

    Allura int giddieb ghax qed tibbenefika minn sussidju li jiswa miljun euro kull 24 siegha!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *