Għala l-isem tal-politiku marbut mal-impjant Bitmac ma ssemmiehx? Dan hu Beppe Fenech Adami.

Ta’ The Times tawna l-aħbar li l-kap tal-Alternativa u l-PD marru jagħmlu konferenza stampa kontra l-impjant ta’ Bitmac. Dan għaliex dan l-impjant tat-tarmac qed idejjaq lin-nies bl-irwejjaħ li joħloq. Fost dak li ntqal waqt din il-konferenza stampa mogħtija minn Gauci kien hemm li wara dan l-impjant hemm canvasser ta’ eks-ministru mid-distrett. Imma għal xi raġuni jew oħra isem dan il-ministru ma ssemmiehx. Ma nafx min ma semmiehx jekk hux Sandra Gauci jew The Times. Ta’ The Times kitbu hekk:

Nispera li Sandra Gauci semmietx isem l-eks-ministru għaliex l-eks-Ministru hu Beppe Fenech Adami. Dan huwa l-bniedem li jridha tar-rule of law u l-qaddis fost il-qaddisin kollha li hemm fis-sema. U forsi għandha tindaga ftit jekk Beppe Fenech Adami qattx għamel xi biċċa business mal-kuntrattur li semmiet jew aktar minn hekk, jekk qattx kellux xi wieħed mit-tfal jaħdem ma’ dan il-kuntrattur wkoll.

Għalhekk hu importanti li Sandra Gauci ssemmi l-ismijiet tal-politiċi b’isimhom u dawn ikunu rrappurtati fil-media. Ara meta kien hemm Adrian Delia, kemm kienet taqlagħlu, bħal ma kienet tagħmel The Times. Forsi għalhekk illum ma tantx The Times u Gauci jkunu jixtiequ li jidher isem Beppe Fenech Adami għaliex dawn xi darba kienu jagħtu support lill-aġenda ta’ Beppe Fenech Adami.

One thought on “Għala l-isem tal-politiku marbut mal-impjant Bitmac ma ssemmiehx? Dan hu Beppe Fenech Adami.

  1. Beppe Fenech Adami ghandhu hafna u hafna xjirispondi,
    il-konesjjonijiet ma Censu in – Nizz u negozjanti u kuntratturi
    ohra.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *