Ftit mistoqsijiet lid-Direttur Ġenerali tas-Sajd dwar il-ħaddiema barranin li hawn jaħdmu f’dan is-settur ġewwa pajjiżna.
Ftit mistoqsijiet lid-Direttur Ġenerali tas-Sajd Bjorn Callus dwar stejjer li qed jiġu ppubblikati f’dan is-sit dwar sajjieda barranin li hawn jaħdmu f’pajjiżna. Ħafna minn dawn is-sajjieda ġejjin minn pajjiżi terzi, jiġifieri, ma humiex mill-Unjoni Ewropea.
1. Kemm hawn sajjieda barranin fuq bastimenti tas-sajd Maltin?
2. Kemm sajjieda barranin min dawn jaħdmu bil-ktieb tax-xogħol?
3. Xi kwalifiki għandhom il-kaptana barranin fuq bastimenti tas-sajd Maltin?
4. Għaliex sajjieda barranin bi (transit visa) jitħallew jaħdmu fl-ibħra territorjali u fiż-żona ta’ konservazzjoni tal-istat Malti?
5. Dawn is-sajjieda barranin għandhom obbligu li kull qabda tiġi reġistrata?
6. X’impatt qegħdin iħallu fuq is-settur tas-sajd is-sajjieda barranin?
7. Xi studji għandu d-Dipartiment tas-Sajd fir-rigward tas-sostenibilita’ kaġun tas-sajd eċċessiv minn dawn is-sajjieda barranin?
8. Kif inhuma affettwati s-sajjieda iż-żgħar (small scale fishermen jiġifieri s-sajjieda Maltin) min dawn s-sajjieda barranin?
9. X’inhu l-valur miżjud li qiegħed jitħalla f’pajjiżna minn dawn is-sajjieda barranin?

One thought on “Ftit mistoqsijiet lid-Direttur Ġenerali tas-Sajd dwar il-ħaddiema barranin li hawn jaħdmu f’dan is-settur ġewwa pajjiżna.”