Ta’ Lovin Malta ma fehmux x’ried jgħid Franco Debono: Debono kien il-bniedem li kixef il-verita’ fuq Beppe Fenech Adami.
Ilbieraħ Ta’ Lovin Malta tawna storja fejn qalu li Franco Debono huwa kuntent dwar ir-relazzjoni li teżisti bejn Beppe Fenech Adami u Ian Borg. Ta’ Lovin Malta ħadu din l-istorja b’mod literali. Ma għandix dubju li Franco Debono ma jara xejn ħażin li tnejn min-nies ta’ partiti opposti jitkellmu bejnithom. Imma wieħed irid jaqra between the lines ta’ dak li kiteb Franco Debono.
Franco Debono kiteb li wara li t-tifel ta’ Beppe Fenech Adami weħel mill-eżami, Beppe Fenech Adami kellem lill-Ministru Ian Borg u wara għadda. Skont l-istess Beppe Fenech Adami, hu kellem lill-Ministru tat-Transport Malta għaliex Transport Malta kienu qed jieħdu ż-żmien biex jibgħatu għalih. Imbagħad bagħtu għalih għax missier it-tifel tkellem ma’ Transport Malta.
Franco Debono qal li t-tifel ta’ Beppe Fenech Adami weħel mit-test. Franco Debono kien il-bniedem li permezz ta’ dan il-post tiegħu kixef il-verita’ wara l-messaġġ ta’ Beppe Fenech Adami lil Ian Borg, jiġifieri li Beppe Fenech Adami kiteb jew tkellem ma’ Ian Borg wara li t-tifel tiegħu ma għaddiex mill-eżami tas-sewqan. Dan hu dettal li ma ħarigx minn The Times fl-artiklu tagħha. Anzi llum ta’ The Times qed jaraw kif joqtlu din l-istorja għax għalihom il-korruzzjoni hija ħażina jekk issir mill-Lejber imma tajba jekk jagħmluha l-liberali u tar-rule of law.
Dan kien il-qofol tal-messaġġ ta’ Franco Debono. Kull ma kiteb aktar kien biss retorika tal-avukati. Verament miskin illum min jaqa’ taħt is-sikkina ta’ dawn il-ġurnalisti li mhux kapaċi jaqraw bil-Malti u l-messeġġi between the lines, li persuni jkunu qed jibgħatu.

Licenzja biex toqtol. Din hi l-licenzja tas-sewqan ghal xi whud mil-MPs.