Bernard Grech ma jiddefendix lil Beppe Fenech Adami fuq li għamel: il-PN għandu jitkellem fuq l-abbuż fejn eżaminaturi tas-sewqan li bil-kemm jafu jiktbu qed iwaħħlu liż-żgħażagħ fuq prinċipji psikoloġiċi meta .

Minn osservatur politiku

Meta Bernard Grech qal li l-Gvern ta’ Robert Abela għandu liċenzja għal qtil meta kien lest li jagħti l-liċenzja lil min ma kienx ħaqqu, ħa falza stikka għaliex tilef iż-żgħażagħ. Kieku Bernard Grech saqajh mal-art, kien jinduna li hemm ħafna rabja fost iż-żgħażagħ għal mod arbitrarju li qed jitwaħħlu sewwieqa żgħażagħ fis-sewqan. Issa dawn iż-żgħażagħ ndunaw li meta deputati jitkellmu ma’ xi ministru għat-tfal tagħhom, kif għal Beppe Fenech Adami għat-tifel tiegħu, dawn għaddu mill-eżami bla problemi ta’ xejn.

Min-naħa l-oħra, għandu raġun il-Kap tal-Oppożizzjoni jgħid li dan l-iskandlu juri kif min ikollu l-ħbieb f’pożizzjonijiet politiċi jkun jista’ jakkwista l-pjaċiri. Dan hu minnu kif juri il-każ ta’ Beppe Fenech Adami. U hawn nixtieq niġbed paragun bejn dak li qal il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.

Il-Prim Ministru fid-diskorsi tiegħu tal-Ħadd iddefenda lill-Ministru Ian Borg u qal li l-Ministru kien qiegħed jagħmel dak li huwa dovut minnu, jiġifieri li jassisti lill-kostitwenti tiegħu. Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma għamilx l-istess u ma ddefendiex lil wieħed mill-grupp parlamentari tiegħu, Beppe Fenech Adami fuq dan il-każ. U fuq din għidlu prosit. Dr Bernard Grech, kompla jgħid li l-Gvern lest li jagħmel kollox biex jibqa’ fit-tmexxija tal-pajjiż. Imma żamm lura u ma ddefendix lil Beppe Fenech Adami. U hawn nerġa’ ngħid li Bernard Grech għandu raġun.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal ukoll li l-gvern ta’ Robert Abela ma għandux kuxjenza għax qed jagħti liċenzja tas-sewqan lil min ma ħaqqux u allura qed joħloq periklu fuq it-toroq. Hawn fejn ma naqbilx. Ma naqbilx mhux ma dak li qed jgħid, jiġifieri li dan l-iskandlu jista’ joħloq periklu fit-toroq, imma fuq l-emfasi li qed isir fuq dan il-punt. Hawn fejn il-PN “can’t see the wood for the trees”.

Biex jagħti liċenzji lil min ma ħaqqux, dan il-gvern qed jwaħħal ħafna żgħażagħ fit-testijiet tat-traffiku għal raġunijiet frivoli. Fi kliem ieħor, hemm ħafna żgħażagħ li ħaqqhom jgħaddu u mhux jgħadduhom għaliex issa biex tgħaddi trid tmur tkellem lill-politiċi. Dik hija r-realta’ tal-lum. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jibda’ jitlob statistiċi ta’ kif qed isiru l-eżamijiet tas-sewqan u jekk jagħmel hekk, dawn jikxfu r-racket kbir li għaddej f’dan il-qasam.

Dr. Grech ikkritika lill-Gvern li dan kien wiegħed meritokrazija jekk jerbaħ it-tmexxija. Dan l-iskandlu ma jurix meritokrazija imma huwa eżempju ċar ta’ kif min ma jistħoqqlux, jirnexxielu jakkwista. U għalhekk il-PN irid jemfasizza aktar fuq il-fatt li ħafna żgħażagħ qed jitwaħħlu mit-test tas-sewqan fuq issues frivoli. Dan il-każ jikxef li l-anqas fis-sewqan ma hemm meritokrazija.

Għalhekk ikun tajjeb li nkun nafu kemm eżamitari tas-sewwieqa huma mħarrġa fuq prinċipji psikoloġiċi għaliex dawn qed iwaħħlu bl-addoċċ żgħażagħ abażi ta’ prinċipji psikoloġiċi. Imbagħad jekk persuna tmur tkellem ministru, il-prinċipji psikoloġiċi josfru fl-arja. Ara fuq dan il-ħmieġ, illum ħadd ma hu qed jitkellem.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *