Ray Mizzi, wieħed minn dawk implikati fl-iskandlu tas-sewqan kien il-bieraħ jieħu sehem fil-Maratona ta’ ġbir ta’ fondi.
Ilbieraħ, The Sunday Times tatna storja dwar abbużi fit-testijiet tas-sewqan ta’ Transport Malta. Wieħed minn dawk li ssemmgħu huwa Ray Mizzi. Imma Mizzi ma tantx jidher li ħabbel għajnu għaliex il-bieraħ kien fuq it-television tal-Partit Laburista fil-maratona ta’ ġbir ta’ fondi li saret mill-Partit Laburista.

Infakkar li l-Prim Ministru huwa on record jgħid li taħtu għolla l-“bar” tal-onesta u dawk li jinqabdu li mhux onesti jew fi skandli maħruġa mill-media ser ikun qed iġib ruħu iebes magħhom.

Kif jgħid il-Malti, bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Kieku verament il-Prim Ministru jemmen kliemu, kieku ħa azzjoni kontra u ma ħalliex lil Ray Mizzi jieħu sehem f’attivita’ tal-Partit Laburista sakemm ikollu ismu mnaddaf mill-akkużi serji li saru kontra tiegħu. Dan hu dak li kitbet The Times fl-investigazzjoni tagħha dwar Ray Mizzi.

Amateurs, to say the least! Our political class has failed us big time!!!