Beppe Fenech Adami jwieġeb għall-artiklu li ġie ppubblikat dwaru fuq dan is-sit imma ma jiċħadx li kellem lil Ian Borg.

Beppe Fenech Adami bagħat din l-ittra ta’ kjarifika bħala dritt għal risposta għall-artikolu li deher f’dan is-sit bit-titolu “Ser jitlob Bernard Grech li jitkeċċa Beppe Fenech Adami wara li kellem lill-Ministru wara li t-tifel tiegħu weħel darbtejn mit-test tal-karozza u mbagħad għadda.’ Beppe Fenech Adami kiteb hekk:

B’referenza għall-artikolu bit-titolu ‘Ser jitlob Bernard Grech li jitkeċċa Beppe Fenech Adami wara li kellem lill-Ministru wara li t-tifel tiegħu weħel darbtejn mit-test tal-karozza u mbagħad għadda’ mtella’ fil-paġna Simon Mercieca Free Press, ngħarrfek illi inti fattwalment skorrett u mhux veritier meta tgħid illi jien kellimt lil ministru Ian Borg wara li t-tifel tiegħi weħel it-test tal-karozza darbtejn u imbagħad għadda.

Il-fatti huma dawn. It-tifel tiegħi mhux vera weħel darbtejn fit-test tal-karozza. Bħala fatt kien mar ghat-test tal-karozza l-ewwel darba u ma għaddiex. Għal dan it-test kien applika permezz tal-instructor tiegħu u meta irċieva l-appuntamant mar għat-test. Bħal ma jagħmel kulħadd, ibni applika għat-tieni test permezz tal-instructor tiegħu u ngħata appuntament għalih diversi xhur wara. It-tieni darba għadda mill-eżami.

Kif jixhdu l-fatti it-tifel tiegħi ma ngħata ebda trattament preferut. Għamel bħal ma jagħmel kulħadd. Applika u mar ghat-test tal-karozza meta bagħtu għalih. Jien qatt ma tlabt lill-ebda ministru inkluż lil Ian Borg biex b’xi mod jaġevola lil ibni biex jgħaddi mill-eżami wara li ‘weħel darbtejn’. Din gidba mill-bidu sa l-aħħar.”

Waqt li ma għandi l-ebda problema nippubblika din it-tweġiba b’mod intier, Beppe Fenech Adami jrid ikun ċar biex ikun kredibbli. Bil-lingwa tal-avukati, Beppe Fenech Adami qal li ma talbux jaġevolah u imma ma ċaħadx li li ma kellmux dwar ibnu.

U jekk hu tkellem mal-ministru, hu tkellem qabel weħel it-tifel tiegħu jew wara? Issa jekk il-kommunikazzjoni saret wara li weħel, hu rrelevanti jekk din il-kommunikazzjoni saritx wara l-ewwel darba li weħel jew it-tieni darba. Issa nħalli lil kulħadd għall-konklużjonijiet tiegħu.

One thought on “Beppe Fenech Adami jwieġeb għall-artiklu li ġie ppubblikat dwaru fuq dan is-sit imma ma jiċħadx li kellem lil Ian Borg.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *