Beppe Fenech Adami jibdel il-verżjoni u jammetti mal-Malta Today li t-tifel tiegħu applika tliet darbiet biex jagħmel l-eżami tas-sewqan
Illum dan is-sit ippubblika storja fejn qal li t-tifel ta’ Beppe Fenech Adami għadda wara t-tielet darba mill-eżami tas-sewqan. Beppe fenech Adami bagħat dritt ta’ risposta lil dan is-sit u qal li dan is-sit kien żbaljat u mhux veritier meta kiteb li t-tifel tiegħu għadda wara t-tielet darba. Qal li t-tifel tiegħu ma għaddiex darba biss. Issa ħareġ minn Beppe Fenech Adami stess, minn dak li qal lil Malta Today, li verament it-tifel tiegħu applika tliet darbiet biex jagħmel dan l-eżami.
L-ewwel darba li applika ma marx għaliex it-tifel tiegħu kellu eżami tal-A level. B’hekk reġa’ applika u ma għaddiex. Kien f’dan il-mument, wara t-tieni darba, li Beppe Fenech Adami kellem lil Ian Borg. F’din l-intervista, Beppe Fenech Adami ammetta li Ian Borg bagħat messaġġ li xi ħadd biex jaġevola lit-tifel tiegħu. Imma ma qalx li kellmu, Qal biss li ma bagħtlux WhatsApp messages lil Ian Borg. Fi kliem ieħor, Beppe Fenech Adami ammetta mal-Malta Today, li Ian Borg aġevola lit-tifel tiegħu. Min-naħa tiegħu, Ian Borg ħa azzjoni wara li kellu Beppe Fenech Adami u bagħat messaġġ fejn kellu jibgħat. Ikun wara li tkellem ma’ Ian Borg li t-tifel ta’ Beppe Fenech Adami jgħaddi mill-eżami ta-sewqan. Verament bniedem li ma jafx jistħi.
Jiddispjaċini ngħid li din hija t-tieni darba li Beppe Fenech Adami nqabad jigbed fir-rigward ta’ dak li ġie ppubblikat f’dan is-sit.

Din bhal tahwida li hawwad fuq Alfred Sant u waqqa lil missieru
Gha cajt. Beppe int qieghed hemm bi rispett ta missierek,
Il-presenza tieghek u ta Mario Demarco fil Partit qieghdha tghamel
hsara kbira lil PN u tkompli tkisser il-Partit. Warrab int u Demarco
bhal ma ghamel siehbhek CENSU IN-NIZZ, Sur Beppe ! Malta
ghandha bzonn oppozizzjoni b sahhita urgenti.
You haven’t made an article criticizing the disgraceful nature of the driving license racket but instead attacked one person on a mere speculation. That speaks volumes for most readers on your blog.
https://simonmercieca.com/2023/10/02/ray-mizzi-wiehed-minn-dawk-implikati-fl-iskandlu-tas-sewqan-kien-il-bierah-jiehu-sehem-fil-maratona-ta-gbir-ta-fondi/