Iċ-CEO tal-Partit Laburista, Randolph De Battista jitfa’ botta fuq Facebook li turi li Cyrus Engerer qed jiġi mwarrab minn Robert Abela.
Jidher li hemm aktar problemi interni għall-Partit Laburista. Issa miss lil Randolph De Battista li jtella’ messaġġ fuq il-paġna Facebook dwar il-problemi interni li għaddej minnhom bħalissa l-Partit Laburista. F’dan il-messaġġ, De Battista tkellem dwar il-ħidma ta’ Cyrus Engerer. Kif inhu miktub il-messaġġ, De Battista qed jagħti x’jifhem li l-partner tiegħu, Cyrus Engerer, mhux qed ikun mbuttat mill-Partit Laburista. Meta tqies li Randolph De Battista hu ċ-CEO tal-Partit Laburista, dan ifisser li mhux qed jiġi mbuttat minn Robert Abela.
Wieħed irid jiftakar li Randolph De Battista daħal fil-Parlament grazzi għal Robert Abela. Abela tah siġġu fil-parlament u kariga fl-administrazzjoni tal-partit. De Battista ħa dan is-siġġu anki jekk l-anqas kien kandidat Laburista fl-elezzjoni li għaddiet. Din hija konferma oħra li hemm ħafna uġiegħ ta’ żaqq bħalissa fil-Partit Laburista.

Dawn iz-zewg ‘ rapprezentanti tal-poplu’ lili ma jirraprezentawnix. Dawn hadu sehem fid-dimostrazzjoni tal-lum favur l-abort. J’alla jigu mwarrba mill-elettorat.