Clyde Caruana jikkonferma li l-uġwaljanza għal dan il-gvern tinsab biss f’dak li hemm taħt iċ-ċintorin imma mhux fil-qliegħ tal-flus.
Minn Edwin Vassallo
L-ekonomija turina li l-ugwaljanza ma taħdimx. Infakkar li l-prinċipju ta’ ugwaljanza l-ewwel ma ddaħħal kien fil-kunċetti ekonomiċi permezz tal-Marxiżmu u l-Kommuniżmu. Dan ma ħadimtx. X’għamel ix-Xelluġ? Ipprova jdaħħlu fil-kunċett kulturali u tal-ġeneru billi juża l-ħsibijiet u t-teoriji ta’ Antonio Gramsci. U anki hawn, din it-tip ta’ ugwaljanza mhux ser taħdem.
Għalhekk il-fatt li l-Ministru ser jagħti €13 żieda hija biss nofs realta’ u mhux r-realta’ sħiħa għaliex mhux kulħadd jista’ jkun xorta fl-ekonomija. Jekk dan il-gvern jiftaħar li huwa gvern tal-ugwalanza, issa rajna li fejn jidħlu l-flus ma hemmx ugwaljanza. L-ugwaljanza ta’ dan il-gvern hija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ taħt iċ-ċinturin, iżda fl-qliegħ tal-flus, l-ugwaljanza hija ħolma. Ngħid hekk għaliex il-problema tal-g għoli tal-ħajja hija l-akbar problema għal dawk bi dħul baxx u medju. Dawn qed jirrealizzaw li l-ugwaljanza ma teżistix.
Il-fatt li l-Ministru Clyde Caruana stabilizza €13 bħala ż-żieda fil-paga hija konferma ta’ kemm l-inflazzjoni, jew aħjar l-għoli tal-ħajja, hu reali f’dan il-pajjiż. L-inflazzjoni hija tassew pjaga kbira speċjalment għall- familji fil-faxxa li qed tmiss mal-faqar u għal dawk li qegħdin bil-paga minima. Ma dan kollu, lill-ministru nifhmu meta jgħid li qed jistenna li l-employers joħorġu din iż-żieda ta’ €13. Hu jaf li hemm ċertu employers, li din iż-żieda ser tkompli tniżżel il-business tagħhom fil-qiegħ.
Jien perswazz li l-Ministru Caruana għandu nies tekniċi meħtieġa li jkunu jistgħu jbassru u jikkalkulaw x’ser tkun l-effett ta’ din iż-żieda fuq l-istess għoli tal-ħajja l-għada li titħabbar il-budget. Issa, il-Ministru tal-Finanzi dieħel f’realta’ fejn il-flus mhux kaxxa bla qiegħ.
Din hi żieda mitħoqqha imma din hija żieda li turi li l-ħajja ser tkompli tisplodi u mhux ser tkun biżżejjed bies tokpriha. Biex ikompli jagħmel il-ħajja tan-nies aktar diffiċli, dan il-gvern daħħal sistemi, bħal ma hija dik tal-flixkien, li għolliet il-ħajja b’għaxra fil-mija mingħajr ma dan jidħol fil-kalkolu tal-Indiċi tal-għoli tal-ħajja.
Mela l-gvern irid jagħmel tliet affarijiet. L-ewwel hu li jrażżan l-għoli tal-ħajja. It-tieni li joffri għajnuna speċifika lil dawn il-familji li jistgħu l-inqas. It-tielet jieqaf idaħħal miżuri li qed jgħollu l-ħajja għalxejn.
Il-Ministru Caruana irid jistħarreġ ukoll x’ser jkun l-effett ta’ din iż- żieda fuq il-ħaddiema bil-paga minima u s-sidien li jimpjegawhom. Hemm minn jimpjega bil-paga minima biex jisfrutta lill-ħaddiema. Imma hemm minn jimpjega bil-paga minima għaliex mhux qed jagħmel profitti kemm wieħed jixtieq.
X’inhu l-effett ta’ din iż-żieda fuq ħaddiema tan-negozji ż-żgħar li diġa’ qed juru kemm qed jonqos il-qliegħ bħal ma huma dawk tar-restaurants u magħhom inżid ħafna negozji żgħar oħra u ħwienet tal-merca u oħrajn fis-setturi tar-retail u ta’ servizzi li din iż-żieda fil-paga ser tkun riflessa f’żieda tal-prezzijiet. Illum ġa qed naraw li dan is-settur tar-retail ma għadux f’idejn il-Maltin imma qed jieħduh il-barranin.
Iżda hemm realta’ fejn hemm setturi li l-prezzijiet ma jifilħux jogħlew għaliex is-saħħa tal-flus, tal-infieq, il-purchasing power hija dik li hi. Nerġa’ ngħid li huwa ż-żgħir fin-negozju l-aktar li ser iħoss id-daqqa fiż-żieda tal-ispejjeż u huwa ż-żgħir li jħoss l-aktar id-daqqa jekk ser jogħlew il-prezzijiet speċjalment tal-ikel. Fuq kollox, f’ċertu pensjonijiet, din iż-żieda mhux ser tinħassx sakemm mhux ser jkun hemm ċaqlieq ‘il fuq fiċ-ceiling tat-taxxa fuq il-pensjonijiet.
Il-Ministru tal-Finanzi irid jara li b’dan il-budget, ikun qiegħed juri li qed jgħin lill-familja biex tlaħħaq mal-ħajja, speċjalment dawk il-familji taż-żgħażagħ li qegħdin irabbu. Dan il-pajjiż ma jistax jkompli jibqa’ jsir unlivable f’dik li hija spiża tal-ħajja, f’dak li hu ambjent, traffiku, opportunitajiet ta’ xogħol u l-barranin. Dan il-pajjiż irid jingħata tama u mhux qtugħ il-qalb.

Ghandek ragun Edwin tghid li l istess zieda hija xprun li jkompli jgholli l hajja minn l ghada li jithabber il budget. Barra minn hekk wiehed irid jghid u jfisser ukoll kif minn din iz zieda ser jispicxa minn fuq biss l istess gvern. Ara kemm il darba it €13 jiccirkulaw b’kull darba l gvern tal inqas idahhal 33%, 18% vat u 15% taxxa tad dhul.
Equality?? Foreign companies at 5% meanwhile locals at 35% with one of the highest corporate rates in europe. As if.
Equality?? Foreign companies taxed at 5% meanwhile locals taxed at 35% with one of the highest corporate rates in europe. As if.