Il-Partit Laburista qed jissogra li jidħol fl-istorja bħala “Dak il-Pufta ta’ Partit” u b’hekk isir statwa tal-melħ.
Issa li bdiet is-sena akkademika kelli okkazzjoni biex nitkellem mal-istudenti dwar il-ktieb ta’ Frederick Nietzsche “On the Genealogy of Morality”. Dan hu ktieb filosofiku maqsum fi tliet partijiet. Fl-ewwel parti, dan il-filosofu Ġermaniż jagħmel riflessjoni storika u jgħid li għar-Rumani, kien hemm biss il-kunċett ta’ tajjeb u l-ħażin. Il-kunċett ta’ tajjeb u mxajtan (bl-Ingliż good and evil) ma kienx jeżisti għar-Rumani. Dan kien kunċett li kien fil-kultura Ebrajka. Bil-Kristjaneżmu, dan il-kunċett Lhudi ddaħħal fil-kultura Ewropea matul il-Medju-Evu. Nietzche ikompli jgħid li fir-Rinaxximent kien hemm attentat li jerġa’ jinġieb il-kunċett Klassiku Ruman tal-ħażin u t-tajjeb u jitwarrab il-kunċett tat-tajjeb u mxajtan. Hi riflessjoni f’waqtha għaliex papiet bħal Alessandru V, il-Borgia u Ġulju II della Rovere ippruvaw jagħmlu dan, jiġifieri jwarrbu l-kunċett tat-tajjeb u l-imxajtan u jġibu lura l-kunċett klassiku ta’ “good and bad” jew “tajjeb u ħażin”, u għax għamlu hekk, id-dinja sekolari għadha sal-lum tgħajjarhom u titkellem kontra tagħhom. Għaliex seħħ dan?
Dan seħħ minħabba reazzjoni minn Patri Ġermaniż bl-isem ta’ Martin Luteru. Luteru skandalizza ruħu b’dak li ra f’Ruma tal-Papa Alessandru V. Luteru ma skandalizzax ruħu għaliex ra affarijiet li huwa qies bħala ħżiena imma għaliex min kien qed jippermettihom ma kienx għadu jqieshom moralment ħżiena u allura kienux aktar għalih mxajtna. Kien jarahom bħala ħżiena mingħajr l-ebda kunċett morali marbut ma’ dan it-terminu. Fi kliem ieħor, dawn il-Papiet kienu jqiesuhom ħżiena imma ma kienux baqgħu jattribbwixxu kunċett morali lejn ċerta mġieba sesswali jew militari. Għal Luteru din l-imġieba dehret bħala prodott tax-xitan jew aħjar “evil” u qatt ma setgħet tkun deskritta biss bħala sempliċi mġieba ħażina.
Qed nuża din il-kelma bl-Ingliż għaliex fil-Malti mhix ċara id-differenza bejn “bad” u “evil”. Fil-Malti, il-kelma ħażin (bad) nifhmu wkoll il-kunċett ta’ “evil”. Ovvjament mhux dak kollu li hu ħażin hu mxajtan jew evil! Jekk tiekol platt spagetti ħażin ma jfissirx li kien ‘evil’. Imma fil-Malti xorta ngħidulu “ħażin” jew “bad”.
Dan il-ftuħ fir-Rinaxximent wassal għal reazzjoni minn Martin Luteru bir-Riforma Protestanta. Nietzche jargumenta li kienet din ir-riforma li reġġgħet l-arloġġ lura u re-affermat il-kunċett ta’ “good and evil” fuq il-kunċett ta’ “good and bad”. Dan il-kunċett ta’ tradizzjoni Lhudija-Kristjana jilħaq l-apiċe tiegħu fir-Revoluzzjoni Franċiża, li fin in fondo, kienet revoluzzjoni oħra protestanta u saret minħabba li, matul l-epoka barokka u dik klassika, jerġa’ jiddaħħal il-kunċent ta’ “good and bad” u r-reformisti Franċiż re-affermaw, issa f-isem l-istat sekulari (u mhux aktar f’isem il-Knisja jew ir-Reliġjon Kattolika) dan il-kunċett ta’ “evil”.
Mela llum qed naraw anki f’Malta lill-Liberali – aktar millu l-Kattoliċi – jitkellmu fuq azzjonijiet politiċi bħala “good and evil”, u mhux “good and bad”. Illum il-kunċett ta’ dnub sar parti mill-lingwaġġ tal-Liberali u l-Progressivi u dan mhux prodott tal-Knisja Kattolika ta’ kif ħafna jaħsbu, imma tar-Rivoluzzjoni Franċiża. Leaflet ippubblikat Għawdex jikkonferma dan kollu.
L-ewwel vittma ta’ dan kollu hu l-Partit Laburista, jiġifieri l-istess partit li l-aktar li mexxa ‘l quddiem l-kunċett ta’ diversita’ sesswali. Għalhekk Kapitlu 19 tal-Ġenesis 19 jrid jinqara f’din l-ottika. Is-sodomija hija ppreżentata bħala mxajtna “evil”. Imma hija ppreżentata mxajtna għaliex min jagħmilha jġib il-waqa’ tal-istituzzjoni li jħaddan u mhux minħabba l-att fih innifsu. Mela mhux l-att fih innifsu li qed jidher “evil” imma dak li hemm marbut miegħu; it-tkissir tal-istituzzjoni ta’ min jagħmel parti minnu.
Meta tara x’inhu jiġri fil-Labour Party, ma tistax ma tiftakarx u ma taħsibx fuq dak li nkiteb fil-Ġenesis u għala inkiteb kif inkiteb. Fi kliem ieħor, min kiteb dan il-kapitlu kien qed jirrifletti fuq dak li kien qed jara madwaru meta istituzzjoni tinħataf min-nies tal-istess sess. Din l-istituzzjoni tispiċċa biex tikkrolla. U fid-dinja Lhudija, it-tmexxija dejjem kienet f’idejn l-irġiel u għalhekk il-lingwaġġ hu wieħed maskli. Waqt li f’sitwazzjoni normali, l-orjentazzjoni sesswali ma jkollhiex effett fuq istituzzjoni, meta jkollok konglumerazzjoni u għalhekk il-Ġenesi jitkellem fuq tnejn u mhux wieħed, hemm jidħol fis-seħħ il-mekanizmu ta’ bio-qawwa li jitkellem fuqu Michel Foucault.
Dan id-diskors jgħodd ukoll għall-eterosesswali. Din kienet xi ħaġa li nnutaw fil-Medju Evu u l-Knisja Kattolika lleġislat fil-konfront tagħha fir-raba’ Konċilju tal-Lateran. Il-Knisja ndunat li meta jkollok miżżewġin li qed jiżżewġu fl-istess familja jew dik li ngħidulha konsangwinita’, iċ-ċans li jinqala’ l-inkwiet fil-familja huwa ikbar minn dawk li mhux miżzewġa fl-istess familja. Fuq kollox, kien il-ħassieb Ateu li kkonferma dawn kollu. Hawn qed nitkellem għal Bernard Shaw li kiteb li “familiarity brings contempt”. Niftakar lil Pierre Chaunu jgħid f’wieħed mill-Lectures tiegħu ġewwa l-Universita’ tas-Sorbona jgħid li d-divjiti bejn żwiġijiet tal-eterosesswali fl-istess familji ġie skuraġġit mhux minħabbba l-fatt li dawn iż-żwiġijiet jista’ jwasslu biex jitwieldu tfal b’disabilitajiet varji, imma minħabba li kienu joħolqu aktar inkwiet fil-familji u l-kommunita’ minn żwiġijiet oħra fejn ma jkunx hemm l-istess demm.
Dan kollu llum huwa riflessjoni tajba tas-sitwazzjoni li minnha għaddejjin fil-partiti tagħna. Il-PN ikkrollawh il-Liberali li jduru mal-FOIPN – li hija s-sessjoni ta’ persuni tal-istess sess fil-PN. Il-Lejber qed jiġrilu l-istess. Is-sitwazzjoni li waqa’ fih il-Partit Laburista qed tispiċċa biex tkissru minn ġewwa. Dan ser jagħmel ħafna ħsara lill-kawża tal-gays għaliex issa ser ikunu assoċjati ma’ din il-korruzzjoni kollha u l-waqgħa tal-istess partit. Fuq kollox, il-mod kif qed iġib ruħu lill-istess Lejber ma’ nies li ħadmu ħafna għalih u wara abbandunahom, qed iwassal biex iqawwi l-lingwaġġ popolari li dan hu partit tal-pufti. Infakkar li fil-lingwaġġ polari, il-kelma “pufta” tintuża għal min jarmi lil sieħbu anki jekk l-orjentazzjoni sesswali tiegħu mhix waħda omosesswali.
Kif fakkar xi ħadd, il-gvern stess qed juża dan it-terminu ta’ pufta b’mod trijonfalistiku. Allura ma għadux aktar parti mill-hate speech. Il-problema hija li fost it-tmexxija tal-Partit Laburista, illum hemm min jidentifika lilu nnifsu bħala gay. Dawn ma għandhomx każijiet iżolati imma saru konglumerazzjoni. Għalhekk ħsibijiet popolari bħal dawn mhux ser jibqgħu espressjoni ta’ gayyaġni b’mod metaforiku, imma ser isiru espressjonijiet veritieri. Jiġifieri persuni gay li qegħdin fi tmexxija ta’ dan il-partit politiku spiċċaw fi klikka li qed tarmi lit-tfal tal-partit wara li tkun użathom ħalli terbaħ elezzjoni.
Fi kliem ieħor, il-Lejber Party ser jispiċċa jidħol fil-memorja pubblika man-nies tiegħu stess bħala “Dak il-Pufta ta’ Partit”, fis-sens ta’ kif din il-kelma “pufta” hija mħaddma b’mod speċjali minn dik il-klassi li tifforma il-qafas tal-Partit Laburista. Dan ser jiġri, mhux kif xtaqu dawk li wżawha f’Għawdex fuq Poster Uffiċjali tal-gvern, imma fis-sens profetiku ta’ Kapitlu 19 tal-Ġenesis, jiġifieri li dan il-partit ser jitmellaħ. Fis-semitiku, il-kelma melħ iġġor magħha espressjoni ta’ sterilita’. Dan ser isir partit sterili politikament bħal ma ġralhom f’dan ir-rakkont tal-Ġenesi dawk iż-żewġ irġiel li saru statwi tal-melħ talli aġixxew “ta’ pufti politikament”. Magħhom saru statwi tal-melħ kull min ħares lura lejhom!

Excellent and detailed analysis. A real joy to read and reflect on.
Dak il-pufta ta partit.
Agixxew “ta pufti politikament”
Wara il- gay pride Malta espressjoni kbira ta mhabba.
Kull fejn thares u timrah,imhabba ma kullimkien.
Bix- xieraq il-mexxej il-gdid laburista ikun ragel mizzewg ma ragel.
Id- deputat mexxej tkun mara mizzewga ma mara.
Id- deputat mexxej tal- partit ghandu jkun mara li tipretendi li hija ragel.
Il-president tal-partit tkun ragel tranvestiet.
L- arma tal-partit laburista ghanda tkun arma bil-kuluri kollha.Mhux erba kuluri biss.
Dan huwa il-futur ecittanti fil-politika Maltija.
Malta Ewropeja.Malta fl- Unjoni.