Peter Fenech ser iżomm il-pożizzjoni tiegħu fuq l-Awtorita’ tax-Xandir. Din ukoll tikkonsisti konflitt ta’ interess fil-pożizzjoni ġdida tiegħu fl-għażla tal-maġistrati u mħallfin
Minn osservatur politiku
Dr Peter Fenech qalilna li ma kellu ebda konflitt ta’ interess mal-pożizzjoni tiegħu fil-Partit Nazzjonalista issa li ġie vvutat il-President taċ-Chamber of Advocates. Imma xorta spiċċa rriżenja minn kummissarju ewlieni tal-elezzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista. Li ma nafux huwa jekk irriżenjax qabel jew wara li l-gazzetta t-Times irreferit għall-possibilita’ ta’ konflitt ta’ interess bejn dawn iż-żewġ pożizzjonijiet.

Wieħed irid jiftakar li Dr Fenech illum ipoġġi wkoll fuq l-Awtorita tax-Xandir bħala membru nnominat mill-Kap tal-Oppożizzjoni. Huwa ser iżomm din il-pożizzjoni tiegħu fuq din l-Awtorita? F’ġieħ is-sewwa, huwa għadu jirreżenja minnha wkoll. Din ukoll tikkostitwixxi konflitt ta’ interest. Anki minn fuq dan il-Board irid jirreżenja Dr. Fenech għaliex din il-pożizzjoni hija marbuta ma’ partit politiku. Hu tqiegħed fuq dan il-Bord tal-Awtorita’ tax-Xandir għax riedu hemm il-Partit Nazzjonalista.
Niftakru li din il-pożizzjoni li ħa issa, jiġifieri, bħala president tal-Kamra tal-Avukati ser tfisser li issa ser ipoġġi fuq bord li jrid jappunta l-imħallfin u l-maġistrati. U din iġġib magħha responsabilita’ kbira.
Infakkar li meta Ċensu Tabone kien laħaq President ta’ Malta, kien irritorna t-tessera tiegħu ta’ membru tal-Partit Nazzjonalista lura.
Mela la darba hu l-persuna nnominata mill-kap tal-Oppożizzjoni biex tpoġġi fuq l-Awtorita’ tax-Xandir, din il-pożizzjoni wkoll tikkonstitwixxi konflitt ta’ interess, għaliex Dr Fenech tqiegħed fuq din l-awtorita’ biex iħares l-interessi tal-partit fl-oppożizzjoni. Imma bħal dejjem fil-Partit Nazzjonalista, ħaddieħor dejjem għandu konflitt ta’ interess. Huma le.
Meta tara x-xogħol li jirrikjedi din il-pożizzjoni ta’ President tal-Kamra tal-Avukati tifhem li ma jagħmilx sens li tibqa’ tħaddan pożizzjonijiet oħra. Jew taċċetta li tkun President tal-Kamra tal-Avukati u tpoġġi fuq bord li japponta l-maġistrati u l-imħallfin jew tibqa’ rappreżentant ta’ partit politiku fuq bordijiet li l-membri tiegħu jintgħażlu mill-istess partit.
U għamel sewwa Dr Fenech li rriżejna mill-pożizzjoni tiegħu fil-Partit Nazzjonalista għax kienet ovvja li ser ikun hemm tassew konflitt ta’ interess. Imma irid ukoll jirreżenja mill-Bord tal-Awtorita’ tax-Xandir jekk wieħed irid jibda’ jkollu fiduċja fl-istituzzjonijiet kif jipprietka l-Partit Nazzjonalista.
Wieħed irid isemmi li dan il-kumitat tal-Judicial Appointments kien parti mill-pariri li kienet għamlet il-Venice Commission tal-Kunsill tal-Ewropa lill-Gvern Malti. Il-parir mill-Kummissjoni kien li ma jkunx hemm ebda nfluwenza politika meta jasal il-waqt li jiġu nnominati l-maġistrati jew l-imħallfin. Issa qed taraw f’liema nasba daħħluna dawn l-istituzzjoni tal-bigilla. Illum l-influwenza politika hija ħafna agħar minn qabel.
Mela għaġġel Dr Fenech meta qal li ma kienx hemm konflitt ta’ interess. Tant hu hekk li meta rrifletta fuq il-pożizzjonijiet tiegħu wasal għall-konklużjoni li jirriżenja mill-pożizzjoni politika li kien iħaddan fil-Partit Nazzjonalista imma żamm dik li jkun fuq l-Awtorita’ tax-Xandir. Din hija wkoll pożizzjoni politika. Għalhekk anki minn din irid jirreżenja jekk irid jidher li hu imparzjali fl-għażla tal-imħallfin u l-maġistrati.
Dan juri kemm ġabuna tajjeb tal-Venice Commission bil-pariri tagħhom. Kissrulna sistema ġuridika li kienet taħdem tajjeb biex għamlu oħra li qed tagħmel l-ilma minn kullimkien.

Sa fejn naf jien dan kien partner f’ufficcju legali ta’ persuni attivi fil- PN bhal nghidu ahna Simon Busuttil. Qieghed ukoll fuq il-kummisjoni li tirrakkomanda persuni ghal hatriet fil-Gudikatura. X’tabsbu? Tghid ma jippreferix lil persuni PN u membri fil-Union li jmexxi meta jigi ghal ghazlet?
To prove how you are stupid you put on garbage like this.
L-argumenti taghkom il-PN jikkonsistu f’tghajjir, assassinju tal-karattru. Intom biss ghorrief. Ma nasalx biex nghajjar lil xi hadd zibel jew stupidu. Hu pacenzja stenna s-snin imbaghad mur ivvota.
Semmejt il-garbage. Fakkartni li il-PN tieghek kien jahraq iz-zibel f’ Tal-Fulija Zurrieq, Sant Antnin Marsascala, Barrieri Hal Luqa, Maghtab.