Is-survey tal-bieraħ tal-Malta Independent juri li l-poplu ma għandux fiduċja fl-establishment Nazzjonalista.

Is-survey tal-bieraħ tal-Malta Independent juri li l-Partit Nazzjonalista sar il-partit favorit mal-poplu, imma l-Kap tiegħu baqa’ lura ħafna meta mqabbel mal-Prim Ministru. Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista għandu problema. Dr Bernard Grech mhux qed jgħin lill-Partit Nazzjonalista biex iżid fil-voti. Anzi qed ikun ir-raġuni għala l-Partit Nazzjonalista mhux qed jitqies bħala l-partit li jista’ jerbaħ l-elezzjoni.

Skont dan l-istħarriġ, il-Partit Nazzjonalista qiegħed fuq quddiem bi ftit imma l-kap tiegħu qiegħed lura b’ħafna. Mela r-riżultat ta’ dan huwa ċar. Il-Partit Nazzjonalista b’kap differenti għandu ċans tajjeb li jkun ħafna iktar ’l quddiem minn kif qiegħed illum.

Mela l-għażla tal-Blue Heroes u sħabhom, flok għenet lill-Partit Nazzjonalista, qegħditlu mażra ma’ għonqu u din il-mażra qed iżommu lura fin-numru ta’ voti favur tiegħu. Mela, għal darba oħra, dan is-sit qed jingħata raġun.

Ma jistax ikun li jkollok partit li qiegħed fuq quddiem imma l-poplu ma jridx lil min qiegħed imexxih bħala prim ministru. Mela huwa ċar daqs il-kristall li hemm problema bit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Imma l-problema hija ikbar minn Bernard Grech. U dan ilu jidher minn meta ħa t-tmexxija f’idejh. S’issa għadu qatt ma għadda lil Robert Abela fi kwalunkwe stħarriġ. Dan għaliex illum hemm kap li hu assoċjat mar-Repubblichini, Manuel Delia u l-Occupy Justice.

Mela jidher ċar li mhux Bernard Grech huwa l-problema li għandu l-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista għandu problema aktar komplessa u profonda. U dan meta qed naraw lil Robert Abela jieħu skoss, wieħed wara l-ieħor, imma minħabba l-ġrajjiet imgħoddija fl-istess partit, dan il-partit ma jistax jieħu r-ruħ. Meta qed naraw lill-Prim Ministru kontinwament fuq id-difiża kontra dawn ir-ruxmata skandli li ħerġin wieħed wara l-ieħor.

Kif jista’ jkun li jkollok Prim Ministru li suppost qiegħed taħt l-ilma u jibqa’ jaqbeż lill-avversarju politiku dirett tiegħu? Xi ħaġa ħażina żgur li hemm. Imma ma naħsibx li din tinsab biss fin-nuqqas ta’ kariżma li għandu Bernard Grech. Anzi Grech qed jipprova ħafna li jkun kariżmatiku jew juri li hu politiku affirmattiv imma mhux jirnexxielu.

Il-poplu qed jibgħat messaġġ ċar li ma għandux fiduċja fil-kap tal-Partit Nazzjonalista. Imma jkun ħażin min jaqra dan il-messaġġ bħala wieħed kontra Bernard Grech u jieqaf hemm. Hemm sfidi aktar minn Grech innifsu. Il-poplu jrid lill-PN imma mhux lil Bernard Grech bit-tmexxija tal-Gvern. Ma jridx lil Grech għaliex warajh hemm l-establishment li poġġih. Fl-2013, il-poplu sfida lil dan l-establishment u baqa’ jgħidlu li ma jridux elezzjoni, waħda wara l-oħra.

Il-poplu qed juri li qata’ qalbu mill-Partit Laburista imma mhux kuntent bit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Ara kieku hemm xi ħadd ieħor flok Bernard Grech, li mhux prodott tal-establishment, kemm aktar kien javvanza l-Partit Nazzjonalista. Kieku il-PN qiegħed fit-triq tar-rebħa.

Ser ikun diffiċli għal Bernard Grech biex jerġa’ joħloq lilu innifsu. Żgur li dan is-survey hu konferma oħra li l-istil ta’ politika li qed jmexxih biha Karol Aquilina ma wasslet lil Bernard Grech għal imkien. Anżi kissritu. U Karol Aquilina hu ħu l-president tar-Repubblichini u l-mano lunga ta’ Richard Cachia Caruana. Infakkar li hu l-istil tal-politika ta’ Karol Aquilina li kontinwament jgħajjar lill-avversarji politiċi tiegħu. Bernard Grech ġie mġiegħel jaddotta dan l-istil. Dan hu still li mhux qed jintgħoġob mill-poplu. Il-poplu qed jgħidulu li ma jaqbilx ma din il-politika tat-tgħajjir imma jrid jisma’ x’viżjoni għandu l-Partit Nazzjonalista.

Din il-fissazzjoni li għandhom ir-Repubblichini li jgħajru lill-avversarji tagħhom kissret lill-PN. Din il-fissazzjoni mhux qed tattira voti. IIlum iktar minn qatt qabel għandek stħarriġ li qed jagħmilha ċara li l-poplu lest li jaċċetta lill-Partit Nazzjonalista jkun fil-gvern imma mhux qed jagħti fiduċja lill-Kap tiegħu minħabba l-establishment li hemm warajh.

5 thoughts on “Is-survey tal-bieraħ tal-Malta Independent juri li l-poplu ma għandux fiduċja fl-establishment Nazzjonalista.

  1. Il-problema mhux eżatt Bernard Grech waħdu li għadu ma jafx iġib ruħu ta’ mexxej. Il-problema hija imma lil min jirrepreżenta Bernard Grech. Din naħseb li hi l-problema li qiegħdin isibu dawk li jixtiequ jerġa lura fi ħdan il-partit li tant iħobbu. Il-problema hija l-ħatfa b’saħħitha li teżesti ta’ l-establishment fuq il-partit li l-istatus quo u l-medjokrita’ li jipprattikaw dawn n-nies flimkien qiegħdin inżommu l-partit milli jiġġedded u jissaħħaħ u jerġa jsir partit li tridu l-maġġoranza.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *