Il-pulizija titfa’ post fuq Facebook biex tingaġġa spetturi u jkollha numru ta’ kummenti li juru li llum ma għadux jaqbillek taħdem ta’ spettur mal-pulizija
Qed inġib numru ta’ kummenti li dehru taħt post fuq Facebook li hu riklam biex persuni jitħajru jidħlu fil-korp tal-pulizija bħala spetturi. Dak li jolqtok hu n-numru ta’ kummenti negattivi li dehru u li qed nġib uħud minnhom hawn meħuda at random. Li hu żgur li llum ma għadux ta’ unur li taħdem ta’ spettur tal-pulizija. Kieku jien il-ministru, ninkwieta ftit nara dawn it-tip ta’ kummenti – li ma għandix dubji li huma spontanji. Żgur li l-pulizija llum għandha problema ta’ identita’ mal-poplu Malti. Il-Malti l-anqas spettur ma jidher li għadu interessat li jaħdem. Xi ħaġa ħażina żgur li hemm għaliex sa ftit ilu, dawn kienu pożizzjonijiet li jġorru prestiġju magħhom.



Ghax il Human rights, aktar qedien ghall kriminal.