Graffiti jridu inċineratur wieħed għall-mejtin. Nispera li mhux ser jagħmluh l-Addolorata ħalli jifga n-nies ta’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija u Ħal Luqa bid-duħħan.

Qed inġib x’inhuma jgħidu tal-Graffiti dwar is-sitwazzjoni preżenti wara li l-Awtoritajiet tas-Saħħa għaddew iċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’idejn il-privat. Il-prezzijiet għolew kollha.

Imma nispera li l-proposta tal-Graffiti li jsir inċineratur wieħed ma tfissirx li dan ser isir l-Addolorata. Għalija jagħmlu inċineraturi kemm iridu biex jaħarqu lill-mejtin basta ma jagħmlux l-Addolorata. Ġa fin-naħa t’isfel għandna problemi kbar ambjentali. Inċineratur jonqosna li jrid jitħaddem kontinwament. Jekk iridu inċineratur imorru jagħmluh f’xi post ieħor basta mhux qrib dawn il-lokalitajiet. Dan hu dak li ġie rrappurtat:

The Planning Authority has shot down a proposal by Moviment Graffitti to limit the number of cremation facilities to one government owned cremation facility.

Il-‘kremazzjoni’ għandha tkun waħda biss u f’idejn il-Gvern, biex toffri alternattiva ghan-negozju, sikwit sfaċċat, tal-funerali li xi drabi jaħleb liċ-ċittadini fl-iktar żmien vulnerabbli tagħhom. Kemm swiet ta’ ġid għal artna l-Awtorita’ għall-Ippjanar, magħruf u tal-mistħija.

Il-Gvern nafu kif ħaleb lic-cittadin bil-privatizzazjoni tal-‘mewt’ sa issa. Bizzejjed infakkar li mindu l-Gvern ‘Privatizza’ l-Addolorata ghal xi s-6ta’ Frar:

  1. Fejn qabel haddiem kien ihallas xi €60 biex iwahhlulu rhama li jkun ghamel fuq il-qabar ta’ Ommu, malli gie f’idejn il-privat qed ikollu jhallas xi €141, iktar mid-doppju.
  2. Fejn qabel biex inaddfu l-qabar kienu jhallsu xi €16 issa jridu jhallsu €88, iktar minn hames darbiet. Ma nghidu xejn ghat-trasport minn cimiteru ghal iehor tal-fdalijiet.
  3. Fejn qabel il-karru kien jidhol b’xejn l-Addolorata, issa jrid ihallas €60; bhal dak li qallu kienu ser ihallu l-mejjet barra c-cimiterju u t/jidhol bil-mixi.
  4. Sabiha wkoll li l-oqbra li kien hejja l-Gvern u kien qed ibiegh bi qliegh xi €6000 il-wiehed, malli gew f’idejn il-privat bdew jinbieghu €8000, zieda ta’ 33% tassew ghall-erwieh.
    Hemm iktar, izda ma rridx intawwal

One thought on “Graffiti jridu inċineratur wieħed għall-mejtin. Nispera li mhux ser jagħmluh l-Addolorata ħalli jifga n-nies ta’ Raħal Ġdid, Ħal Tarxien, Santa Luċija u Ħal Luqa bid-duħħan.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *