Ex-editur u ex-ġurnalista ta’ The Times jagħtu konsulenzi lill-Polidano Group.

Polidano Group ħarġu press release f’reazzjoni għal dak li ġie ppubblikat fil-ġurnali minħabba l-kwistjoni li dan il-grupp għandu mal-Kamra tal-Periti. Dan li jolqtok f’din il-press release ma hux il-fatt dwar xix qed titkellem, jiġifieri l-inċident li kien seħħ waqt xogħol ta’ bini u li fih waqa’ xi ġebel fit-triq u dan issa wassal għall-kwistjoni ta’ min hu responsabbli u ħoloq konflitt bejn il-Polidano Group u l-Kamra tal-Periti, imma l-fatt li Steve Mallia u Ariadne Massa huwa llum konsulti tal-media ta’ Polidano Group. Biex inkun eżatt, kemm Steve Mallia u Ariadne Massa qed jiddeskrivu lilhom infushom bħala media strategists. Jiġifieri dawn illum qed jagħmlu l-istrateġija medjatika ta’ Polidano Group. Steve Mallia kien editur ta’ The Sunday Times u Ariadne Massa kienet ġurnalista ma’ The Times.

Nifhem li ġurnalista wara li jispiċċa minn ma’ media house irid jaqla’ x’jiekol. Imma dawn l-istejjer ma joħorġux fil-mainstream media. Mela mhux biss il-politiċi jagħmlu revolving doors imma anki l-ġurnalisti tal-media indipendenti. Issa qed issir drawwa normali li ġurnalisti jispiċċaw jaħdmu mal-gvern jew mal-kuntratturi. Infakkar li kellna wkoll il-każ ta’ Christian Peregin li spiċċa ma’ kuntrattur.

Fil-verita’, mill-media wieħed ma jistax jgħix. Jekk il-media trid tkun pura u safja, ma tagħmilx flus. Anki Mabel Strickland indunat b’dan u waqqfet fundazzjoni biex tissalvagwardja dan kollu għaliex indunat li l-media waħidha ma setgħetx tkampa ekonomikament f’pajjiżna.

Fil-verita’, illum il-ġurnalisti Maltin qegħdin jgħixu fi djar tal-ħġieġ!

2 thoughts on “Ex-editur u ex-ġurnalista ta’ The Times jagħtu konsulenzi lill-Polidano Group.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *