Bil-fatti, in-newtralita’ ma għadha tfisser xejn għal dan il-gvern.
Minn Edwin Vassallo
Donnu li f’realta’ politika ġdida, in-newtralita’ ta’ Malta indifnet u baqgħat biss taħżiża fil-kostituzzjoni li ħadd ma għadu jimpurtah minnha. Qed nasal għal din il-konklużjoni meta naqra r-rapport dwar id-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela lill-Ġnus Magħquda. Donnu iżjed kien hemm interess li naraw li Malta tintgħoġob mal-iStati Uniti milli naraw li nkunu pajjiż żgħir li nagħmlu sforz biex nitkellmu favur il-paċi.
Illum napprezza l-valur tan-newtralita’ aktar minn qatt qabel. Mhux għaliex b’newtralita’ nara lill-pajjiżna joqgħod fuq l-ixkaffa l-bogħod mill-inkwiet, iżda għaliex nemmen li f’pajjiżna għandu jkun protagonista fil-ġlieda għall-paċi fid-dinja.
Fl-iStati Uniti llum, waqt il-kampanja elettorali għall-presidenza, diġa’ hemm min qiegħed juri verzjoni oħra dwar x’wassal biex tibda l-gwerra bejn r-Russia u l-Ukranina. Din mhix il-verzjoni li nisimgħu fuq l-aħħarijiet f’pajjiżna.
Illum nisimgħu dwar l-interessi tan-Nato favur aggressjoni miftehma kontra r-Russja.
Illum nisimgħu lill-Papa Franġisku jitkellem favur il-paċi u dan ma jfissirx li min jitkellem favur il-paċi jkun fuq n-naħa tar-Russja.
Illum qed naraw in-nies fit-toroq tal-pajjiżi tal-U.E. iħallsu l-prezz ta’ deċiżjonijiet politiċi li wasslu għas-sanzjonjiet ekonomiċi kontra r-Russja.
Illum ħafna qegħdin jifhmu li wara din il-gwerra hemm l-interessi tal-flus u l-bejgħ tal-armi hekk kif kollox jidher maħsub min-Nato.
Illum kollox qed jidher li wara kull gwerra jkun hemm skop li ħadd ma jitkellem dwaru u jibqa’ moħbi għan-nies tat-triq.
Quddiem dan kollu, Malta qed tilgħab logħba kerha. Fil-proċess saret qiesha ġugarell f’idejn il-kbar.
Għalhekk nemmen fin-newtralita’ biex ma narax lill-pajjiżna wżat u mormi. Imma fuq kollox, irid nara lil pajjiżi jimpurtah minnu nnifsu.
B’newtralita’ nara lil Malta iżomm il-bogħod minn kull manipulazzjoni tal-verita’ u minflok tilgħab il-logħba tal-kbar, turi li hija pajjiż favur il-paċi u tħaddem politika biex ikollna s-sliem fid-dinja.
Jien nemmen li anke s-sehem tagħna bħala pajjiż fil-partnership for peace ma għadux daqshekk leġittimu. Fiċ-ċirkustanzi preżenti, pajjiżna għandnu jaħseb sew x’sehem għandu jieħu.
Ħasra li nara lill-pajjiżi jintefa’ f’ħoġor il-kbar għall-wens minflok isib il-wens fil-kobor ta’ twemminu.

In-newtralità qatt ma fissret xejn f’Malta.
Meta taparsi konna newtrali, konna kolonja ta’ Gaddafi u Gaddafi kien jiġi hawn jindirizza l-meetings tal-Labour. Konna wkoll ammiraturi tal-Korea ta’ Fuq.
In-newtralità daħlet fil-Kostituzzjoni fl-1987 bħala quid pro quo għar-regola tal-maġġoranza, li hi l-iktar regola bażika fid-demokrazija. Il-partit politiku li dak iż-żmien kellu 51% tal-elettorat warajh ivvota KONTRA n-newtralità fit-tieni qari ta’ dik l-emenda kostituzzjonali. Imbagħad ivvota favur fit-tielet qari biex tidħol ir-regola tal-maġġoranza.
Jiġifieri, bħala fatt, in-newtralità qatt ma kellha appoġġ parlamentari tal-maġġoranza u l-Partit Nazzjonalista qatt ma kien favuriha, anzi vvota kontriha.
Illum, anki l-Labour kontra n-newtralità.
Jiġifieri, bħala fatt, f’Malta llum ħadd ma jrid in-newtralità ħlief min hu favur ir-Russja u kontra l-Ukrajna.
In Newtralita hija imnaqxxa fil kostituzjoni li ghada ma nizlitx mil gerzuma Tal pn u giet accettata bilfors min Eddie biex jkun jista jiehu il poter ….. ghax dak biss jimportakhom IL POTER
Qed naqblu fil-fatt li l-ebda partit fil-Parlament illum ma jaqbel man-newtralità.
X’saħħa għandha n-newtralita fuq il-karta jekk pajjiżi oħra ma jagħtix każ.
In-newtralita tiġi mis-saħħa li jagħtuna valuri sodi li jissodaw ir-rispett fina nfusna, li nkunu rilevanti fil-fora globali u li ma nkunux servili għall-potenzi li jridu jiddomonaw. Dan jinkludi l-uffiċjali tal-EU.
Forsi dan li kien jifhem Mintoff meta kien jgħid “Malta l-ewwel u qabel kollox”.
Il-werrieta tiegħu qed juru ma jemmnux f’Malta u li rmew il-valuri.
If both parties think that they can sell our Neutrality to the highest bitter. We better stay home and don’t vote.
We are better off without a Government.