Roberta Metsola għaddiet messaġġ pożittiv.
Minn osservatur politiku
Roberta Metsola għaddiet messaġġ pożittiv fid-diskors tagħha. Hija qalet li l-viżjoni tagħha għal pajjiżna hija dik ta’ eċċellenza u ta’ l-għola standards possibbli. Fl-istess waqt qalet li pajjiżna għandu bżonn tmexxija għaqlija li jmexxu bl-eżempju.
X’differenza mid-diskors ta’ Bernard Grech fejn kompla bil-kantaliena tiegħu, ta’ kull meta jiftaħ ħalqu, b’tgħajjir indirizzat lil Robert Abela li jsemmieh għal għexieren ta’ drabi. Għal Bernard Grech ma jeżisti xejn ħlief il-ħażin biss li jagħmel il-Gvern tal-ġurnata. Ma jeżisti ebda futur. Ma teżisti ebda viżjoni. Kull ma jeżisti fi kliemu huwa li jsib kull laqxa biex jgħajjar lill-partit oppost u iżjed u iżjed lill-Prim Ministru personalment.
Roberta Metsola ma semmiet ebda skandlu fid-diskors tagħha. Hija kienet pożittiva u esprimiet fiduċja fil-futur ta’ pajjiżna. Qalet li ma għandniex naqtgħu qalbna u li mhux veru li huwa tard wisq biex indawru r-rotta. Saħqet li bħala politiċi hemm bżonn li juru t-triq it-tajba u b’viżjoni ‘l quddiem. Għalkemm pajjiżna għaddej minn ħafna sfidi hija saħqet li mhux kollox mitluf, li mhux tard wisq, li għadna fil-ħin biex nagħtu futur sabiħ lil pajjiżna.
Hija qalet li Malta għandha bżonn lill-Partit Nazzjonalista fit-tmexxija għax hu l-uniku partit li jista’ jkollu viżjoni għall-pajjiżna. Hemm bżonn ta’ Partit Nazzjonalista biex jerġa jieħu lil pajjiż fit-triq it-tajba, biex jerġa’ jsaħħaħ ir-reputazzjoni tajba li kellu u li jfittex biex jagħti standards għoljin lil Malta u Għawdex. Hija sostniet li pajjiżna għandu bżonn diskussjoni nazzjonali fejn kulħadd ikun mistieden jikkontribwixxi biex flimkien infasslu l-futur ta’ pajjiżna.
Hija kompliet li s-soluzzjonijiet tal-bieraħ kienu tajbin biex isolvu l-problemi tal-bieraħ. Il-Partit Nazzjonalista qiegħed hawn biex jiddiżinja l-futur li mhux kaxxa magħluqa u allura hemm bżonn li bil-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista jerġa’ jinħoloq futur fejn ikompli juri l-kapaċita’ tal-Malti u tal-Għawdxi. Hija saħħqet li l-messaġġ tagħha huwa l-impenn tagħha personali. Hija kkonfermat li dan kollu huwa dak li tixtieq għal pajjiżna bħala nazzjoni ndipendenti u ewropew.
Mid-diskors ta’ Bernard Grech il-poplu stenna x’ser joffri l-Partit Nazzjonalista għal futur ta’ pajjiżna. Imma reġa’ użu d-diskors tiegħu fl-ikbar festa għall-Partit Nazzjonalista biex ifittex kull fraka biex jikkritika u jgħajjar biha. Fil-festa tal-Partit dawk preżenti u l-poplu kollu xtaqu jisimgħu x’ser jippreżenta l-futur taħt Partit Nazzjonalista. Fejn ser jifrex l-għanjiet tiegħu biex isaħħaħ l-ekonomija nazzjonali u x’ser jagħmel biex isolvi l-problemi li qed niffaċċjaw bħalissa.
Huwa faċli li wieħed jikkritika kull ma jara. Huwa faċli biex issib kliem ta’ stmerrija għal dak kollu li qed isir f’pajjiżna. Huwa faċli li tgħid kollox ħażin. Huwa faċli li tgħid li ma hemm ebda ħsieb biex il-pajjiż jimxi ‘l quddiem. Imma jrid ikollok il-ħsieb politiku biex tfassal viżjoni. Irid ikollok l-abilta’ biex tinseġ it-triq biex twassal il-pajjiż għal futur aħjar minn dak li għandna llum. Sfortunatament Bernard Grech ma jersaqx biex iwassal dak li qed jistenna minnu l-poplu. Għadu ma rrejalizzax li l-kritika essaġerata ma twassal imkien. Il-poplu jistenna spjegazzjoni ta’ x’ser isir aħjar biex ikun jista’ jgħix ħajja aħjar minn dak li għaddej fih illum.

X’qed tistenna, li l-PN jinsa l-voti mixtrijin bi kriminalità organizzata, falsifikazzjoni ta’ firem u frodi ta’ flus il-poplu li hi kwistjoni li l-Gvern ilu jipprova jaħbi sentejn?
Din hi kwistjoni ta’ kriminalità kbira u organizzata li setgħet issir biss fil-kuriduri tal-Gvern b’aċċess għall-firem ta’ mijiet ta’ tobba u professuri.
Kieku kien għadu Kap Adrian Delia jew Simon Busuttil, l-istess kienu jagħmlu. Messu kien ‘pożittiv’ Adrian Delia u ma għamilx il-kawża biex iġib lura l-isptarijiet, ukoll!
Pożittiv ikun min jikkritika l-ħażin, mhux min iparla ħafna u ma jgħid xejn.
Bernard Grech tkellem fuq il-pjan tal-Gvern li jġib nies minn barra l-UE biex jirdoppja l-popolazzjoni għal 800,000.
Allura ma kellux jikkritika dan il-fatt u l-isfruttament tal-ħaddiema barranin?
Fil-fatt Metsola ma qalet xejn ta’ sustanza. Hafna frazijiet genereci li bihom jghamew il-media bhat-Times u Newsbook li fil fatt, fil-kuntest politiku ma jfissru xejn. Vizjonijiet ghandu kulhadd. Ftit ghandhom ideja ta’ azzjoni li tistaa’ tittiehed u anqas ghandhom il-hila u l-hegga li jsegwu linja ta’ riforma vera.
Prova ohra li l-holqien ta’ Richard Cachia Caruana illum imsejjah Partit Nazzjonalista m’ghandux futur.
Metsola’s address is no different from Joseph Muscat’s addresses of ten years ago. Empty slogans, “everyone is welcome” and then, behind the scenes, screw you all and your future children, still unborn.
Elsewhere this site says:
“Il-meeting ta’ nhar l-Erbgħa qiegħed lil Roberta Metsola f’kantuniera: trid tgħid eżattament fhiex verament temmen!”
You’d better decide.