Il-festi tal-Indipendenza jibdew fuq nota ħażina: ftit nies fi Pjazza Tritoni ilbieraħ għall-ewwel attivita’ li tkellem fiha Bernard Grech.
Ilbieraħ fetħu l-festi tal-Indipendenza fi Pjazza Tritoni. Imma dak li kkaratterizza din l-attivita’ kien il-fatt li kien hemm ftit nies. Jekk kien hemm ħamsin ruħ kien hemm ħafna. Kien hemm diskussjoni li fiha anki tkellem Bernard Grech. Imma tant ma kienx hemm nies, li din id-diskussjoni l-anqas ġiet irrapportata fl-aħbarijiet ta’ NET News.

Issa kollox ser iħoll u jorbot fuq għada. Jiġifieri jekk il-preżenza ta’ Roberta Metsola hix ser tiġbed in-nies jew le. Roberta Metsola żgur li ma kelliex bżonn tiġi għall-meeting ta’ dil-ġimgħa għax fl-elezzjoni tal-EU li jmiss ser titla’ sparata mal-ewwel għadd. In-Nazzjonalisti jħobbuha.
Kif kien irrappurtat f’dan is-sit, din mhix ġejja għaliex ġiet mistiedna minn Bernard Grech, imma għaliex ġiet imponuta fuq l-istess Bernard Grech.
L-uniku biża’ li għandha hija dik li tista’ tnaqqas mill-appoġġ jew tbati minħabba l-apatija li għaddej minnha l-PN. Dak li ġara lbieraħ fuq il-fosos huwa prova ta’ dan. Il-Lejber qed ibati minn apatija wkoll.
Il-mistoqsija hija din. Jekk il-PN u l-Lejber qed jitilfu l-appoġġ, dawn ser imur għand Norman Lowell? Jista jkun. Jekk le, is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi għaliex it-tnejn inaqsu l-voti, imma peress li n-nies jastjenu, id-distakk jibqa’ dak li hu u ma jkunx hemm differenzi f’dawk li jiġu eletti.
B’hekk wieħed jistenna x’ser tgħid għada Metsola u jekk hix ser tagħmel xi referenza għall-fatt li dak li jissejjaħ extreme right qed javvanza. X’ser tagħmel Metsola jekk jitla’ Lowell? Ser tagħmel alleanza miegħu – kif għamlet ma’ Meloni – jew tmur tiftaħar fl-EU li hi biss tista’ tieqaflu lill-lemin estrem?
Forsi ittina ftit dawl fuq Il korruzzjoni li hemm f’partitha fl Ewropa tas secretarju Busuttil
L-apatija hija evidenti fiż-żewġ partiti. In-nies tilfu l-fiduċja fihom u kredibilita’ tagħhom hija ZERO! Kemm ser indumu nisimgħu wegħdi u aktar wegħdi u minflok naraw xi nitfa’ progress naraw daqqa jkun il-blu li jitħanżru u daqqa l-ħomor. Xbajna b’dawn il-kummiedji! Għalxejn tivvota għaliex xorta tibqa’ tirrenja l-korruzzjoni galore, spekulatori jagħmlu li jridu, ambjent traskurat u mitluq ambjent naturali dejjem jitnaqqar, eċċ. Ġejna f’sitwazzjoni li m’hemmx għażla u l-unika waħda li fadal huwa li tibqa’ d-dar!!!
xha jiehu minnha din il-pn?
jekk l-attendenza tkun bhas-soltu flop ghal-pn u flop akbar ghal roberta li hafna iqisuha bhala is-succesur ta bernard.
jekk l-attendenza tkun ahjar jew hafna ahjar tkun daqqa ghal bernard li tfisser li hu mhux kapaci jigbed nies. – forsi ghax jibzu li jaqghu fuqhom il-muntanji.