Il-lista ta’ ismijiet ippreżentata minn Bernard Grech għan-nomina ta’ President tar-Repubblika urtat numru ta’ Nazzjonalisti.

Hermann Farrugia kien wieħed mit-tesserati Nazzjonalisti li ma ddejjaqx juri d-disapprovazzjoni tiegħu għall-ismijiet li Bernard Grech bagħat lill-Prim Ministru Robert Abela biex ikunu kkonsidrati bħala kandidati potenzjali għal President tar-Repubblika. F’isem il-Partit Nazzjonalista, il-Malta Today qaltilna li Grech ippreżenta lill-Prim Ministru lista ta’ nies li fuqhom l-oppożizzjoni lesta tivvota mal-gvern. Hermann Farrugia kiteb hekk

Naħseb li tajjeb li n-Nazzjonalisti jirriflettu dwar dawn it-tliet punti li semma’ t-Tabib Hermann Farrugia, kritiku astut, imma ġenwin tal-Partit Nazzjonalista. Ma hemmx dubji li ħafna tesserati Nazzjonalisti ma qablux ma dawn l-għażliet li saru minn Bernard Grech. Dak li hu żgur, wieħed ma kienx jistenna li Bernard Grech joħroġ b’dawn it-tip ta’ nomini, li anki jekk tajbin, dawn ser iservu biex idawwru l-attenzjoni minn fuq l-ikbar każ ta’ korruzzjoni li għandna bħalissa, dak tal-benefiċji soċjali. Dan juri li Bernard Grech ma għandux acumen politiku.

Farrugia ma qabilx mal-għażla tal-Maġistrat Joe Mifsud għall-President ta’ Malta. Fil-verita’, ma naħsibx li hija għażla ħażina imma żgur mhux f’waqtha. Personalment, jien nara aktar lill-Maġistrat Mifsud iservi ta’ Prim Imħallef fil-qrati tagħna. Illum il-Prim Imħallef, bħal President tar-Repubblika, irid tliet kwarti tal-kamra. B’hekk j’alla din in-nomina isservi bħala punt ta’ kompress futur meta tinħoloq il-vakanza ta’ prim imħallef. Jidher li b’din in-nomina, Grech witta t-triq għall-qbil fiż-żewġ naħat tal-kamra dwar Joe Mifsud bħala l-futur Prim Imħallef. Żgur li jkun denju ta’ din il-kariga.

Dwar Dolores Cristina, inqas ma jingħad aħjar. Jien kont wieħed li kont nikkritikaha ħafna. Ma’ Louis Galea, hija responsabbli għat-tkissir għas-sistema edukattiva ta’ pajjiżna meta ħalliet l-edukazzjoni titmexxa mill-wokes. Hu dokumentat sew li bħala Ministru tal-Edukazzjoni ma tantx kienet stinkat wisq. L-anqas kienet ħadmet matul il-kampanja elettorali favur Lawrence Gonzi fl-elezzjoni 2013. Infatti, il-Partit Nazzjonalista tilef lill-għalliema matul iż-żmien li hija kienet ministru tal-edukazzjoni. Infakkar li storikament l-għalliema kienu mal-Partit Nazzjonalista.

Anzi irid jingħad li aktar kienet spikkat l-intimita’ esaġerata fil-ħbiberija tagħha personali mal-MLP fi żmien meta l-MLP kien fl-oppożizzjoni. Hermann Farrugia jitkellem dwarha fis-sigla li juża ta’ MPCP/PL. Infatti, meta l-PL mar fil-gvern, Dolores Cristina ġiet appuntata agent-president tar-repubblika meta Marie-Louise Coleiro Preca nħatret President tar-Repubblika u damet f’dan ir-rwol għal medda twila ta’ snin, kemm taħt il-gvernijiet ta’ Muscat kif ukoll fil-bidu tal-gvern ta’ Robert Abela stess, jiġifieri mill-2013 sal-2022.

Allura issa possibbli m’hemmx indikazzjoni ta’ proposta ta’ ismijiet alternattivi validi u ta’ stoffa min-naħa tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista? Finalment, din hija d-domanda leġittima li qed jagħmel Hermann Farrugia.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *