Il-każ ta’ Paul Pace: veru l-ammetta n-nuqqasijiet tiegħu mal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku?

Minn osservatur politiku

Ftit ġimgħat ilu, The Times irrappurtat li Paul Pace, il-President tal-MUMN, kien ser jitressaq quddiem il-Public Service Commission. Hu ġie mixli li approprija ruħu minn fondi pubbliċi. Fil-media qrajna dwar l-allegat każ li Pace talab ħlas ta’ xogħol li ma kienx twettaq anke meta kien imsiefer. Huwa ġie mixli wkoll li niżżel diversi siegħat ta’ overtime fuq il-post tax-xogħol tiegħu, Mount Carmel Hospital, meta kien qiegħed fuq vaganza l-Eġittu.

Dawn huma nuqqasijiet serji għaliex jidher li Pace seraq flejjes li ma kienux jippartjenu lilu. Fuq kollox, bħala rappreżentant ta’ union, hu jrid jimxi b’eżempju. Meta ħaddiem fis-settur pubbliku jonqos minn dmirijietu huwa jiġi mixli quddiem il-Public Service Commission. Din il-kummissjoni taħdem qisek qiegħed il-qorti u bl-għajnuna tal-avukati tiddefendi l-pożizzjoni tiegħek. Jekk tinstab ħati l-kummissjoni għandha dritt li tikkundannak.

Li Paul Pace ġie mixli b’dawn in-nuqqasijiet huwa fatt magħruf u kien irraportat mil-medja Maltija. Imma jekk Pace instabx ħati jew le, s’issa għadna ma smajna xejn. Imma meta tiftakar li l-President tal-MUMN ġie mixli f’diversi akkużi bilfors li wieħed jinteressa ruħu biex jara kif svolġiet din l-istorja. Paul Pace mhux xi wieħed li ħadd ma jafu, imma huwa bniedem prominenti ħafna u għalhekk wieħed ikun irid jara kif ġie trattat minn istituzzjoni dixxiplinarja.

Hawnhekk ta’ min jistaqsi jekk hux veru li Paul Pace rreġistra ammissjoni ta’ ħtija fir-rigward tal-akkużi li huwa kellu? Huwa minnu li hu ammetta n-nuqqasijiet tiegħu quddiem il-Public Service Commission? Huwa minnu li la ammetta nstab ħati tan-nuqqasijiet tiegħu kollha? Sa fejn naf jien, il-Public Service Commission ma tippublikax ir-rapporti tagħha fuq każijiet li hija tisma’. Allura ma hux faċli li tkun taf jekk il-każ ta’ Pace ngħalaqx jew le u lanqas ser ikun faċli li wieħed ikun jaf x’weħel Paul Pace jekk verament ammetta l-iżbalji tiegħu.

Jekk kien hemm din l-ammissjoni, Paul Pace ser ikollu problema kbira kif ser iżomm postu bħala President tal-MUMN. Jekk verament instab ħati mill-kummissjoni, il-pożizzjoni tiegħu bħala President ma tkunx aktar tenibbli.

Dawn huma aħbarijiet li jinteressaw lill-pubbliku għaliex Paul Pace huwa persuna li jippreżenta eluf ta’ ħaddiema mill-att trejdunjonistiku. Mela ta’ min wieħed jistaqsi jekk verament instabx ħati jew le Paul Pace u jekk fl-affermattiv x’weħel bħala kundanna għan-nuqqasijiet tiegħu.

One thought on “Il-każ ta’ Paul Pace: veru l-ammetta n-nuqqasijiet tiegħu mal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku?

  1. Dan kaz bhall tal Pulizija, li akkuzati li hadu flus ta overtime li ma hadmuhx. Kien hemm minnhom ma hadux aktar min 300 euro u ghadhom sospizi sal lum.

    Ghaliex Pawlu, fejn anke issemmew cifri ta eluf, ghadu ma giex sospiz, ukoll?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *