Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri qed jerda’ miż-żejża li jisimha gvern.

Ftit tal-jiem ilu, Justin Schembri attakka lill-eks-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo talli dan kiteb kontra Claudette Buttigieg minħabba li spiċċat taqbel mal-Europride li skont Vassallo qed issir biex tgħatti u tnessi lin-nies mill-korruzzjoni ta’ dan il-gvern. Claudette Buttigieg kienet mistiedna ta’ Saviour Balzan fuq il-programm tiegħu Xtra biex titkellem fuq l-Europride. Minflok attakkat lill-gvern, attakkat il-PN u qalet li dan il-partit kien żbaljat fuq il-pożizzjonijiet passati li ħa f’dan ir-rigward.

B’hekk din id-deputata, flok attakkat lill-gvern tal-flus li nefaq fuq il-Europride meta dawn setgħu marru f’setturi oħra fejn tant hemm bżonn, spiċċat tgħid prosit lill-gvern ta’ dan l-isparpalajr kollu. Infakkar li llum hemm setturi bħal dak tal-edukazzjoni, is-saħħa u l-qasam tal-housing fejn ma għandhomx flus biex jaħdmu. Fuq kollox, ħadd mill-PN ma hu qed jikkritika lil-Lejber li nefaq fuq tliet miljun fuq din l-attivita’. Anzi għandek deputati bħal Justin Schembri li qed jaqbżu għal dan il-ħmieġ.

Imma l-agħar li Justin Schembri ħareġ jgħajjar li Edwin Vassallo li hu qed jikkritika lil Claudette Buttigieg għaliex ma għadux jerda’ miż-żejża tal-PN.

Dak li nixtieq nistaqsi lil Justin Schembri hu, jekk hux minnu li hu issa qed jerda’ miż-żejża li jisimha gvern. Veru li wara li tela’ deputat inqala’ mill-klassi u tefgħuh fis-sezzjoni tal-eżamijiet ħalli jkollu aktar flessibilita’?

Jekk dan hu minnu, il-poplu jkun jaf minn qed jerda’ miż-żejża li jisimha gvern. Dan il-gvern anki lid-deputati tal-oppożizzjoni xtara. Mhux ta’ b’xejn li dan id-deputat Nazzjonalista ħareġ jaqbeż għal Claudette Buttigieg li kienet preżentattriċi fuq Super One TV!

Ara Justin Schembri ma jitnejjikx, imma jaf kif jista’ jgawdi min-nejk politiku ta’ dan il-gvern waħda sew!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *