Manwel Cuschieri jikkritika l-fatt li esponenti politiċi Laburisti, fosthom Joseph Muscat, tħallew barra mill-attivitijiet tal-Europride

Manwel Cuschieri tella’ post fejn ikkritika l-fatt li esponenti Laburisti importanti, fost Joseph Muscat, tħallew barra mill-attivitajiet tal-Europride. Il-mod kif kiteb Cuschieri ta’ x’wieħed jifhem li din kienet ħadma bejn il-gvern u l-organizzaturi biex esponenti importanti Laburisti, li dan il-gvern qed ifittex li jwarrab jew li warrab, jitħallew barra apposta minn dawn l-attivitajiet. Cuschieri kkritika l-fatt li dawn l-organizzaturi ppreferew persuna bħal Claudette Buttigieg, li ddeskrivija ta’ Simon Busuttil, minn Joseph Muscat. Esponenti oħrajn li semma’ Cuschieri kienu Rosianne Cutajar u Edward Zammit Louis.

Il-fatt li Joseph Muscat ma kienx preżenti huwa indikazzjoni ċara li dan ma ġiex mistieden. L-istess jista’ jingħad għall-oħrajn li semma Cuschieri. Mela l-organizzaturi bagħtu messaġġ li Joseph Muscat, Edward Zammit Louis u Rosianne Cutajar huma persuni non grati għall-LGBTIQ+ community f’Malta. Fi kliem ieħor, l-organizzaturi aktar jimpurtahom mill-immanuvrar politiku u jużaw dawn il-manifestazzjoni biex jibgħatu messaġġi dwar politiċi min-naħa tal-gvern li għandhom ikunu oskurati, milli mill-veru interessi tal-grupp li huma jgħidu li jappoġġaw.

Mela sewwa qed jikteb dan is-sit, li din kienet manifestazzjoni biex titfa’ l-bżar fl-għajnejn.

2 thoughts on “Manwel Cuschieri jikkritika l-fatt li esponenti politiċi Laburisti, fosthom Joseph Muscat, tħallew barra mill-attivitijiet tal-Europride

  1. Jekk Robert ser jibqa sejjer hekk jehtieg li niehdu vot ta fiducja .
    Jekk u żgur minnu innifsu ma ghandux jibża .

    1. Il PM Robert Abela affacja hafna affarijiet kemm ilu jmexxu Hu m’hemmx ghalfejn noqghod insemmi ax kulhadd jaf issa jekk Joseph Muscat rrid immur il Pride missu mar kienet miftuha ghal kulhadd hadd ma kien se jzommu u wara kollox forsi ma Marx biex ma jtelliefx lil PM ax Hu jaf in nies kif jahsbuwa fuqu, malajr tinsew il Gid li ghamel kemm ilu PM u kemm qasam Euros u zamm il postijiet tax xol ma jalqux u l-haddiema ma jigux imkecija

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *