Louis Galea maħruq li Bernard Grech ma qegħdux fil-lista ta’ dawk li nnomina għall-President tar-Repubblika
Dan is-sit jinsab infurmat li Louis Galea huwa maħruq u rrabbjat ħafna għal Bernard Grech talli ħallieh barra mill-lista ta’ dawk li nnomina għall-President tar-Repubblika. Ilbieraħ, The Malta Today irrappurtat li Bernard Grech bagħat il-lista ta’ persuni li jħoss li għandhom ikunu nnominati għall-president. Louis Galea ma kienx fuq din il-lista.
Bl-azzjoni tiegħu, Bernard Grech ġab il-pretenżjonijuet ta’ Louis Galea fix-xejn. Louis Galea ilu jiġri wara din il-kariga ta’ president. Fil-fatt, kien ħadha kontra Lawrence Gonzi għax ċaħadielu. Minfloku, Lawrence Gonzi kien għażel lil George Abela. Kien ipprova wkoll jitħabbeb ma’ Adrian Delia imma mbagħad Louis Galea ttradixxa lil Delia u poġġa lil Bernard Grech. Louis Galea kien għamel lil Bernard Grech il-filjozz tiegħu.
Infakkar li Bernard Grech daħal fin-nofs bejn Therese Comodini Cacchia u Roberta Metsola. Comodini Cachia kienet diġa’ nnominata mis-17 heroes għal kap tal-oppożizzjoni u kienet appoġġjata minn Claudio Grech li hu ta’ Austin Gatt. Min-naħa tagħha, Roberta Metsola kienet ser tikkontesta lil Adrian Delia u kienet appoġġjata minn Richard Cachia Caruana u Karol Aquilina.
Dan il-fatt li tħalla barra Louis Galea qed jitqies bħala tpattija minn naħa tal-grupp ta’ Richard Cachia Caruana fuq Louis Galea. Bernard Grech issa spiċċa jiżfen fin-nofs. Illum totalment dipendenti fuq Richard Cachia Caruana, Roberta Metsola, Karol Aquilina u l-kumplament tal-klikka
Jidher li Bernard Grech kkonvinċewh iħalli lil Louis Galea barra mill= lista ghax ħafna nazzjonalisti jaraw lil Louis Galea bħala t-traditur tal- kapijiet tiegħu. Fenech Adami kien saħansitra kiteb dwar dan fil- biografija tiegħu.

Min il-madoffi jrid lil Louis Galea President tiegħu. Mill-Laburisti żgur ħadd ma jridu u jaf ikun hemm persentaġġ żgħir ħafna Nazzjonalisti li jġerħuh. Biss biex isir President xi ħadd illum irid ikun hemm qbil ta’ żewġt terzi tal-kamra u hawn allura tara kemm Bernard Grech għamel sewwa ma tilifx ċans minn tlieta li żgur mhux ħa jiġi ikkonsidrat.