L-istorja tal-bieraħ tal-Malta Today tikkonferma dak li rrapporta dan is-sit: hemm deputati Nazzjonlisti involuti f’dan l-iskandlu.

Waħda mill-istejjer prinċipali tal-bieraħ tal-Malta Today kienet dwar l-iskandlu fil-qasam tal-benefiċji soċjali. Fiha ntqal li d-deputat Nazzjonalista, Ivan Bartolo (Tal-Mosta) kien wissa’ lis-segretarju ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Michael Piccinino, li hemm deputati Nazzjonalisti involuti f’dan l-iskandlu.

Infakkar li kien dan is-sit li ħareġ b’din l-aħbar jiġifieri li hemm anki deputati Nazzjonalisti nvoluti. Issa din l-istorja qed tkun ikkonfermata mill-Malta Today. Fi kliem ieħor qed ikun ikkonfermat li hemm deputati Nazzjonalisti li wżaw is-serviżżi ta’ Silvio Griscti u għalhekk huma nvoluti f’dan l-iskandlu.

Dan il-fatt ser ikompli jfarrak il-kredibilita’ tal-Partit Nazzjonalista, anki fil-dawl tal-protesta li Bernard Grech organizza quddiem il-parlament.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *