It-taħdidiet sigrieti bejn il-ministru tal-affarijiet barranin Ċiniż u l-kap tas-sigurta’ tal-Whitehouse f’Malta jikkonfermaw li newtralita’ għadha relevanti għall-pajjiżna
Sa ftit tal-jiem ilu, dan il-gvern ta’ Robert Abela ried ibellgħaha lil kulħadd li n-newtralita’ ma għadx għandna bżonn tant li wżat l-okkażżjoni tat-8 ta’ Settembru biex iwassal dan il-messaġġ li l-klawsola tan-newtralita’ għadda żmienha u Malta għandha tissieħeb fi blokk militari. Il-blokk militari ma ssemmiex b’ismu. Imma kulħadd jaf li dan il-blokk militari huwa dak tan-NATO. Dan hu l-uniku blokk militari li għadu jeżisti llum.
Issa lbieraħ, il-ġurnali barranin, primarjament dawk Amerikani, tawna l-aħbar tal-laqgħa li saret f’Malta bejn Jake Sullivan u Wang Yi. Jake Sullivan huma l-konsulent tas-Sigurta’ Nazzjonali tal-Istati Uniti. Wang Yi hu l-ministru tal-Affarijiet Barranin Ċiniż. Din il-laqgħa qed tkun diskritta bħala ta’ suċċess diplomatiku kbir ġewwa l-Amerika minħabba l-implikazzjonijiet tagħha fuq ir-relazzjonijiet bejn iċ-Ċina u l-Amerika. U din il-laqgħa saret f’Malta grazzi għall-ħidma diplomatika tal-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg.

Imma dak li għandu jingħad li din il-laqgħa ma kienetx tkun posssibbli li kieku Malta ma kienetx pajjiż newtrali u kieku Malta kienet fin-NATO. Taħsbu li ċ-Ċiniżi kienu ser jaċċettaw li jiltaqgħu ġewwa pajjiż li kien membru tan-NATO. Jien ma naħsibx. Laqgħat bħal dawn dejjem isiru f’pajjiżi newtrali.
Infakkar li Dom Mintoff kien l-ewwel mexxej tal-Punent li rrikonoxxa liċ-Ċina bħala stat Sovran u beda r-relazzjonijiet diplomatiċi ma’ l-istess Ċina. Infatti Malta stabbilit relazzjoni maċ-Ċina qabel l-Amerika. Dan il-fatt, iċ-Ċiniżi ma nsewh qatt.
Għalhekk il-mexxejja passati, kemm Nazzjonalisti u Laburisti qablu li Malta għandha tkun newtrali. Illum il-mexxejja li għandna, kemm Nazzjonalisti u Laburisti, qed jaqblu u jimbuttaw l-idea li Malta ma’ għandhiex tibqa’ newtrali għaliex in-newtralita’ għadda żmiena. Ftit tal-jiem wara li saret dikjarazzjoni solenni li n-newtralita’ għadda żmien iseħħ dan l-avveniment internazzjonali kbir li juri kemm in-newtralita’ għal Malta għadha valida u hija importanti.
Imma kif tiktbu dawn IL kontradizzjonijiet kollha! Mela fil bidu tghidu li IL gvern ta Robert abela irid ibellaghha li in newtralita mghadx ghandna bzonna imbaghad aktar lisfel tghidu li din IL laqgha saret sforz IL hidma tal ministru ta laffarijiet Barranin. Jew wahda Jew lohra.
Hadd m ghandu dritt fuq in newtralita li kien innegozja Mintoff u b hekk dahlet fil kostituzjoni. Min qieghed jahseb mod iehor postu mhux fil Partit Laburista.
VERU VERISSIMU. DAK LI GHADEK KIF GHIDT HUWA SAGROSANT, MIN MA JSOSTNIX IN-NEWTRALITA TAL-GZEJJER TAGHNA DEJJEM U KULLIMKIEN MA JIXRAQLUX JISSEJJAH MALTI JEW LABURIST GHAX MHUX VERU JHOBB LIL DAWN IL-GZEJJER SBIEH. AHNA MALTIN.