Il-volontiera li jaħdmu b’xejn biex isalvaw il-patrimonju kulturali ta’ Raħal Ġdid jilmentaw li l-kunsill lokali ta’ din l-lokalita’ mhux jgħinhom

Qed inġib post li nkiteb minn voluntiera li jieħdu ħsieb il-knisja storika u qadima ta’ Sant’Ubaldeska f’Raħal Ġdid. Dawn ilhom is-snin jitolbu lill-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalita’ biex jgħinhom ħalli din il-knisja storika tkun irrestawrata. Huma qed jimplikaw li l-Kunsill Lokali ma hux qed jimbotta t-talba tagħhom. Huma fakkru li l-kunsill tal-belt irnexxielu jġib fondi apposta biex jirrestawra knisja oħra, dik ta’ San Pawl. Ħaġa ta’ min ifaħħarha.

Dawn il-volontiera ilhom snin jitħabbtu biex jirrestawraw il-knisja storika ta’ Santa Ubaldeska imma sallum it-talbiet tagħhom waqgħu f’widejn torox. Huwa qed jimplikaw li l-kunsill ta’ Raħal Ġdid l-anqas biex indenja japplika biex jieħu fondi ħalli tkun restawrata din il-knisja. Jekk dan hu minnu, verament tal-mistħija.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *