Ian Borg jinqata’ barra minn ritratt tad-DOI wara s-suċċess kbir li kellu fit-taħdidiet bejn iċ-Ċina u l-Amerika.
Il-ġurnal influwenti Amerikan Bloomberg u anki NBCNews tkellmu dwar is-suċċess li kellha d-diplomazija Maltija fit-taħdidiet bejn l-Amerika u ċ-Ċina. F’dan is-suċċess li issa qed ikun diskuss mill-media Amerikan kien hemm l-involviment tal-ministru Barranin Ian Borg, li f’dawn il-jiem kien anki fiċ-Ċina.
Imma f’Malta, l-involviment ta’ Ian Borg ma jissemma’ mkien. Il-Malta Today tatna l-istess aħbar li insibu fi Bloomberg u l-NBC. Qaltilna li Jake Sullivan, li hu in-National Security Adviser tal-White House iltaqa’ ma’ l-ministru tal-affarijiet Barranin Ċiniż Wang Yi fil-Week end. Il-Malta Today qaltilna bit-tweet tal-Prim Ministru dwar din il-laqgħa imma ma tkellmet xejn dwar ix-xogħol li għamel Ian Borg. L-istess jista’ jingħad għall-mod ta’ kif id-DOI ppubblika r-ritratt ta’ din l-laqgħa bejn Jake Sullivan u l-Prim Ministru ġewwa Kastilja. Ta’ One News xandru dan ir-ritratt li fih ma jidhirx Ian Borg. Dan ir-ritratt inħareġ mid-Dipartiment tal-Informazzjoni li l-operat tiegħu jikkontrollah il-Prim Ministru. Jekk wieħed jara dan ir-ritratt, jaħseb li għal din il-laqgha kien hemm biss il-Prim Ministru u il-Kap tas-Segretarjat tiegħu Glen Micallef u dawn biss kienu qed jirrappreżentaw in-naħa ta’ Malta.

Iżda jekk wieħed jara r-ritratt li ħareġ Ian Borg fuq Facebook wieħed jinduna li Ian Borg kien preżenti. Hija prassi li f’laqgħat bħal dawn, il-Ministrvcfu tal-Affarijiet Barranin, ikun preżenti għalihom.
Dawn l-affarijiet jagħmilhom biss min jibża’ li ħinu qed jiskadi u ma jafdax lil sħabu. L-insecurity li qed jħoss Robert Abela hija kbira u din qed toħroġ minn affarijiet żgħar bħal dan ir-ritratt li d-Dipartiment tal-Informazzjoni jara li jkun oskurat ministru tal-gvern. Ma hemmx għalfejn tkun psikologu biex tinduna li l-Prim Ministru huwa persuna insigura ħafna.
