Tal-Malta Today ma jikxfux li kien Beppe Fenech Adami li ġġieled ma’ Bernard Grech fil-laqgħa tal-grupp parlamentari dwar in-nomini tal-PN għall-President.
The Malta Today tatna storja dwar x’ġara fil-grupp parlamentari. Fil-laqgħa tal-grupp parlamentari, Bernard Grech ippreżenta l-lista ta’ persuni li kien ser jinnomina l-Partit Nazzjonalista għall-kariga ta’ President tar-Repubblika. Issa biex persuna ssir President tar-Repubblika trid tliet kwarti tal-membri tal-kamra.
Wara li Bernard Grech ippreżenta dawn in-nomini, kien hemm deputati li kienu voċiferi kontra. Il-Malta Today tgħid li kien hemm nuqqas ta’ qbil imma ma ssemmiex ismijiet għaliex fosthom kien hemm Beppe Fenech Adami. Dan l-aħħar, dan il-ġurnal qiegħed jgħattilu lil Beppe Fenech Adami bħal ma għattewlu kemm ixxala u kiel fl-Azerbaijan mistieden b’xejn tal-gvern ta’ dan il-pajjiż għall-festi tal-Indipendenza ta’ l-Azerbaijan. Ara biex jiekol b’xejn Beppe Fenech ma tantx inkwieta li fl-Azerbaijan ma hemmx gay rights!

Beppe Fenech Adami ħass li mhux sew li Bernard Grech għadda dawn l-ismijiet u ppreżentahom bħala fait accompli lill-grupp parlamentari. Hu ried diskussjoni fil-grupp u jkun hemm qbil minn qabel u mhux jiġi l-kap b’lista ġa lesta. Tmasħan sew.
Imma Bernard Grech insista li dik kienet is-sitwazzjoni u l-każ magħluq. Qallhom wkoll biex ma jitkellmux mal-media. Xi ħadd qallu li l-media ġa taf bil-lista tiegħu.
Imma min għadda l-informazzjoni dwar din il-laqgħa tal-grupp parlamentari lil Malta Today ma kienx id-deputat Beppe Fenech Adami imma deputat ieħor.

Beppe Fenech Adami bil-mod il-mod qed issir irrelevanti. Il-kap li pogga hemm hu stess qed jinjorah ukoll. Tabilhaqq min xarbu qed jieklu il-bakaljaw.