Tas-Civil Society Network u mhux il-Partit Nazzjonalista jħabbru li Roberta Metsola ser titkellem fil-mass meeting tal-Indipendenza
Civil Society Network għadhom kif ħarġu avviż li Roberta Metsola ser titkellem fil-meeting tal-Independenza. Li titkellem f’dan il-mass meeting hu tajjeb. J’Alla sservi biex imorru n-nies għal dan il-mass meeting.
Sa ftit ilu, kien hemm biża’ fid-Dar Ċentrali jekk hux ser ikollhom in-nies. J’Alla Metsola tiġbed in-nies.
Imma dak li jrid jingħad li wieħed kien jistenna l-Partit Nazzjonalista biex iħabbar li partiċipazzjoni ta’ Metsola f’dan il-Mass Meeting u mhux c-Civil Society Network. Din turi min verament illum qed imexxi fil-PN.

Issa li sirt naf li Roberta Mettsola se isservi forcina ghall Bernard Grech mhux se tiehu l-vot tieghi. Tista tinsa.
Lanqas tisthi li ser titkellem f’jum l-indipendenza meta tirraprezenta unjoni politika li trid tnezzaghna minnha.